Referenza: Volum 43B (1959), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 126

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/02/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
ALBERT V MALLIA NE vs AVUKAT DR JOSEPH FENECH ET NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"COPYRIGHT" - "JUKE-BOX" - COPYRIGHT ACT, 1911 - KAZIN TAL-BANDA - PUBLICITA'
Fil-Qosor
Il-copyright Act ma jaghti ebda definizzjoni tal-kelma "public"; u ghalhekk, il-kwistjoni jekk rappreznetazzjoni saretx fil-publiku, b'mod li tikkostitwixxi vjolazzjoni tad-drittijiet tal-awtur, hi kwisjtoni kollha ta` fatt u ta` dritt, li ghadnha tigi maqtugha fil-kazijiet partikulari bl-applikazzjoni ta` certi "tests" riferiti fil-gurisprudenza estera in materja. L-element tal-profitt mhux decisiv f'azzjoni ta` danni ghall-ksur tal-"copyright", ghalkemm hu fattur importanti; kif lanqas ma hudecisiv l-element tal-abitwalita`; imma l-element tal-publicita` huwa talili jekk ma jirrikorrix fil-kaz in ispecje, ma jkunx hemm vjolazzjoni tal-ligi f'min jezegwixxi jew jittollera l-ezekuzzjoni ta` muzika tutelata b'xi wiehed mill-mezzi kontemplati mil-ligi, bhala ma hu l-"Juke Box", minghajr il-permess tas-socjeta` nkarikata mill-protezzjoni ta` l-istess drittijiet. Fil-kaz prezenti, il-Qorti tal-Appell qatghet illil-ezekuzzjoni ta` muzika tutelata per mezz ta` "Juek Box" fil-kazin tal-banda "Duke of Connaught" ta` Birkirkara, minghajr il-permess tas-socjeta` tal-awturi, fejn kien hemm ukoll jisfnu xi koppji ta` guvintur bejniethom, kienet tikkostitwixxi, fil-kaz in ispecje, vjolazzjoni tal-"Copyright Act", kuntrarjament ghal dak li kienet iddecediet l-Ewwel Qorti, li s-sentenza taghha ghalhekk geit revokata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni