Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1108

Judgement Details


Date
23/07/1958
Court
CIVIL, SECOND HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
MOSE' TABONE vs AVV. DR. JOSEPH FERDINAND CASSAR GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1074 U 1075 TAL-KODICI CIVILI - AVUKAT - DANNI - ZBALL PROFESSJONALI
Summary
Id-dispozizzjoni tal-ligi li tghid li kull wiehed hu responsabbli ghad-danni li jigru bi htija tieghu, u dik li tghid illi jitqies li hu fi htija kull min fl-ghemil tieghu ma juzax il-prudenza, id-diligenza, u l-hsieb ta' missier tajjab tal-familja, huma applikabbli anki ghal dawk li jezercitaw il-professjonijiet liberali, bhal ma hu l-avukat. Imma l-persuna responsabbli ghad-danni, fin-nuqqas ta' dispozizzjoni espressa tal-ligi, ma tirrispondix ghall-htija superjuri ghal dik tal-"bonus pater familias",ossija ghall-"culpa laevissima". It-teorija tal-iskuzabbilita' tal-izbalji professjonali ma holqotx speci ohra ta' htija oltre dawk rikonoxxuti mill-ligi komuni, imma stabbiliet kriterju prattiku dwar id-diffikulta' li tinkorri fil-materja ghat-tfittxija tal-htija fl-izbalji li jaqghu fihom dawk li jezercitaw il-professjonijiet. Fejn l-izballta' kommissjoni jew ommissjoni huwa dovut ghall-imperfezzjoni tax-xjenza jew arti, skond il-kaz, l-agenti ma jkunx responsabbli; imma fejn il-persuna persegwitata ghad-danni tonqos u tittrakura formalitajiet indispensabbli u perentorji, kif ukoll turi negligenza fl-ezercizzju tal-attivitajiet professjonali taghha, jew turi injoranza grassa fl-istess arti taghha, ma hemm ebda raguni legali l-ghaliex hija ma ghandhiex tkun tenuta li tirrispondi, skond il-ligi komuni, ghad-danni versu d-danneggjat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info