Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1045

Judgement Details


Date
26/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
EDWARD VASSALLO ET vs ALFRED SALOMONE; O.B.E., NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1413 (1) TAL-KAP. 23 - ATT XXVII TAL-1956 - ESPROPRIJAZZJONI - KAP. 136 TAL-LIGIJIET TA' MALTA
Summary
Jekk l-esproprjazzjoni b'xiri assolut tigi kunsidrata bhala bejgh forzuz, kif generalment tqiesha d-dottrina u l-gurisprudenza, trasferiment tal-fond ma jkunx hemm jekk ma jkunx sar l-att publiku; jekk mbghad, kif jahsbu x'uhud, l-eproprjazzjoni mhix bejgh forzuz, jibqa' dejjem li hija timplika trasferiment tal-proprjeta', u meta si tratta ta' haga immobbili ma hemmx trasferiment jekk ma hemmx l-att publiku. U dan mhux biss fil-konfront bejn il-kontrent; imma anki fil-konfront tat-terzzi estranei, peress illi l-formalita tal-att publiku hia mposta"ad substantiam"; u konsegwentement, ghad illi l-ligi ma timponix din il-formalita. 'expressis verbis" ghall-esproprjazzjoni ta' haga immobiljar,ma jistghax ikun hemm dubju illi t-trasferiment ta' fond esproprjat jehtieg li jirrizulta minn attpubliku. Jigifieri illi t-trasferiment ta' fond esproprjat jehtieg li jirrizulta minn att publiku,u mhux sempliciment bl-okkupazzjoni materjali tal-fond da parti tal-awtorita' rekwizizzjonanti. Bil-konsegwenza illi, ghalkemm il-Gvern ikun ha pussess tal-fond esproprjat, il-kumpens ghandu jigi regolat skond il-ligi li tkun in vigore fil-gurnata meta jsir it-trasferiment bl-att publiku; ghax l-okkupazzjoni materjali u t-trasferiment bl-att publiku; ghax l-okkupazzjoni materjali u -trasferimenthuma zewg koncetti distinti u l-ligi stess tiddistingwihom. Lanqas ma tiswa l-obbjezzjoni illi l-att publiku, k'kaz ta' pussess preventiv, jikkostitwixxi semplici formalita' biex jigratfikat dak li jkun ga sar materjalment bil-pussess tal-fond; ghax ladarba l-att publiku hu mehtieg ghall-"ezistenza" tat-trasferiment, mhix koncepibbli ratifika ta' haga inezistenti. Ghaldaqstant, jekk il-Gvern esproprja fond immobiljari billi sempliciment ha pussess materjali tieghu meta kienet issehh l-Ordinanza nkorporata fil-Kap. 136 tal-Ligijiet ta' Malta imma gie biex jaghmel l-att tat-trasferiment ta' dak il-fond meta dik l-Ordinanza giet emendata bl-Att XXVII tal-1956 il-kumpens pagabbli ghall-esproprjazzjoni ghandu jkun regolat skond l-imsemmi Att emendatorju; u ma jistghax jinghad li si tratta ta' ligi odjuza, li ghalhekk ghandha tigi nterpretata b'mod beninju ghall-parti li sofriet l-esproprjazzjoni; ghax il-legislatur fl-imsemmi Att ghamel klawsola transitorja, u ghad li seta' jipprezumi l-pregudizzju eventwali tas-sidien, hass li kellu jezercita l-poter eccezzjonali lilu rikonoxxut ankifil-gurisprudenza taghna, li jirrendi l-ligi retroattiva, barra mill-kazi fiha espressament eccettwat; u ghalhekk ghad li l-proceduri jkunu bdew qabel l-emenda, il-kumpens ghandu jigi regolat skond dik l-emenda ladarba l-istess kumpens kien ghadu ma giex fissat mill-Board jew bi ftehim bejn il-partijiet qabel l-istess emenda.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info