Reference: Volume 42D (1958), Part No. 2, Section , Page 1032

Judgement Details


Date
19/05/1958
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
ANGELO SPITERI vs GIUSEPPE ZAMMIT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 980, 985, U 409 TAL-KODICI CIVILI - IMGHAX - INTERESS - KJAMATA FIL-KAWZA - LEGAT - SELF - SOLDARJETA' - UZUFRUTTWARJU
Summary
Hu ormaj pacifiku fil-gurisprudenza nostrali illi l-interess huwa l-mizura, mhux biss tal-azzjoni, imma anki tal-eccezzjoni; jigifieri illi dan l-interess ghandu jinsab tant f'min jippromwovi gudizzju, kemm f'min jigi mharrek biex jikkontradicieh. Dan l-interess ghandu jkollu diversi rekwiziti; fost hwejjeg ohra, ghandu jkun legittimu, jigifieri ghandu jkun konfermi ghad-dritt; u jekk dan ikun biss interess, u mhux anki dritt, l-azzjoni ma tregix; u ghandu wkoll ikun sussistenti fil-konfront tal-konvenut maghzul bhala kontradittur legittimu fil-kawza. L-uzufruttwarju generali ghandu dejjemjigi kunsidrat bhala legatarju; u bhala tali mhuwiex obligat personalment ghad-djun tal-eredita'. Xejn ma jiswa illi, skond il-ligi, l-uzufruttwarju universali huwa obligat ihallas l-imghaxijiet tad-djun li jkun hemm fuq l-assi; ghaliex dan l-obligu jirrikorri biss fil-konfront tal-eredi proprjetarji, u mhux anki b'mod dirett fil-konfront tat-terzi kredituri, li jagixxu biex jinkassaw kreditu lighandhom kontra l-eredita'. Ghaldaqstant l-uzufruttwarju generali ma ghandux jigi konvenut fil-kawza li t-terz kreditur jaghmel biex jinkassa kreditu li huwa ghandu kontra l-eredita', avvolja jigi mharrek ghall-interess guridiku, barra mir-rekwiziti fuq imsemmija, ghandu jkun attwali, u mhux ipotetiku; u ghalhekk dak l-uzufruttwarju, konvenut f'gudizzju simili, ghandu jigi liberat mid-domanda, bhala li ma ghandux interess fil-gudizzju. Fil-kaz ta' self minghajr ftehim dwar meta ghandu jigi restitwit il-kapital, ikun hemm, guridikament, ftehim minghajr terminu konvenzjonali; u kwindi, biex jibdew jiddekorru l-imghaxijiet, jehtieg li d-debitur jigi kostitwit in mora per mezz ta' att gudizzjarju; ghax fl-assenza ta' terminu stabbilit ghar-restituzzjoni, il-principju "dies interpellat pro homine" ma jsehhx, u l-imghax ma jibdiex jghaddi. Jekk mbghad l-interpellazzjoni ssir wara l-mewt tad-debitur lil xi whud mill-eredi, u ohrajn ma jigux notifikati bl-interpellazzjoni l-imghax jibda jghaddi minn notifika, u biss kontra dawk li jkunu gew interpellati; u l-eredi jistghu jkunu obligati jhallsu d-dejn mhux solidalment, imma skond ma jirtu; jigifieri skond is-sehem taghhom fil-wirt.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info