Referenza: Volum 42D (1958), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 919

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/02/1958
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
GIUSEPPA ZAMMIT ET. vs GERALD LABBE ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1650, 1652, 1643, U 1176 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - HRUQ - LOKAZZJONI - PROVA - SEFTURA
Fil-Qosor
Skond il-ligi, il-kerrej iwiegeb ghat-taghriq u ghall-hsarat li jigru fil-haga mikrija lilu matul id-dgawdija tieghu, meta ma jippruvax li dan it-taghriq jew hsarat graw minghajr htija tieghu. Ghax il-kerrej ghandu jinqeda bil-haga mikrija bhala missier tajjeb tal-familja, u huwa obligat li jirrestitwixxi l-haga, u kwindi li jikkonservaha sal-kunsinna. Anki fil-kaz ta' htija ta' xi wahda mill-persuni li ghalihom il-konduttur huwa responsabbli skond il-ligi, il-lokatur ghandu d-dritt jagixxi kontra l-konduttur direttament; u sabiex jehles minn din ir-responsabbilta', mhux bizzejjed li l-konduttur juri li hu ma ghandux htija, izda jehtieglu jipprova li lanqas ghandha htija xi wahda minn dawkil-persuni. Il-piz tal-prova dwar in-nuqqas ta' htija huwa mixhut fuq il-konduttur; u ghalhekk, f'kaz ta' dubju, ir-responsabbilta' tal-konduttur ghandha tibqa' ssehh kontra tieghu. Ghaldaqstant, jekk jigri hruq fil-haga lokata bi htija tas-seftura tal-konduttur, il-konduttur hu responsabbli ghall-hsara relattiva; ghax seftura hija wahda mill-persuni li ghalihom jirrispondi l-konduttur skond il-ligi; u jekk is-seftura kienet inesperta, hu kien obligat jinvigila fuq l-azzjonijiet taghha.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni