Reference: Volume 43C (1959), Part No. 1, Section , Page 518

Judgement Details


Date
01/06/1959
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
PAOLO KOLUDROVICH vs CARMELO MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 10 TAL-ORDINANZA XVI TAL-1944 - ART. 2221 TAL-KODICI CIVILI - LOKAZZJONI - PRESKRIZZJONI JEW DEKADENZA - RIFUZJONI TA' KERA ECCESSIV
Summary
Il-kerrej jista` jitlob il-kera zejjed li jkun hallas lis-sid; u talba simili tkun preskritta bil-moghdija ta` sena mill-jum tat-terminazzjoni tal-kirja. Ghalkemm huwa incert u kontrovers jekk dan huwiex terminu ta` preskrizzjoni jew ta` dekadenza, hu komunenment accetat illi, ghalkemm ir-regoli dwar is-sospensjoni u l-interuzzjoni tal-preskrizzjoni ordinarjament ma japplikawx in generali ghad-dekadenza, b'dan kollu japplikaw ghaliha wkoll il-kawzi ta` sospensjoni mhux personali, imma oggettivi, u l-kawzi ta` interuzzjoni li jikkonsistu fl-ezercizzju ta` dritt skond kif inhu specjalment indikat mill-ligi fil-kaz partikulari, jew f'domanda gudizzjarja biex jigi rimoss l-ostakolu ghal dak l-ezercizzju. ghaldaqstant, billi, biex wiehed jista` jitlob lura l-kera minnu mhallas eccessivament,jehtieg li qabel dan il-kera jigi stabbilit mill-Board tal-Kera, mhix parenta l-azzjoni ghar-rifuzjoni ta` dak il-kera promossa wara li tkun ghaddiet sena mit-terminazzjoni tal-lokazzjoni, jekk id-domanda ghall-fissazzjoni tal-kera xieraq tkun saret fi zmien utili. U dan anki kieku wiehed kellu jirritjeni dak it-terminu bhala wiehed ta` dekadenza. Apparti dan, pero`, dak it-terminu huwa ta` preskrizzjoni u mhux ta` dekadenza, u ghalieh, huwa applikabbli r-regoli tal-Kodici Civili dwar il-preskrizzjoni; ghax ghar-rigward tieghu ma hemmx dispost kuntrarju fil-ligi specjali tal-kera.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info