Reference: Volume 36A (1952), Part No. 1, Section 1, Page 1

Judgement Details


Date
14/01/1952
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Parties
ANTONIO SCERRI GAUCI vs DOTTOR GIOVANNI SCICLUNA, LL.D., NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 90, 94 U 98 TAL-KODICI CIVILI - ATT TAT-TWELID - FILJAZZJONI NATURALI - REKLAM TA' PATERNITA' ILLEGITTIMA
Summary
Il-Kodici Civili Taghna jikkontempla tliet xorta ta' azzjonijiet fuq il-filjazzjoni naturali; dik ta' denegata paternita', dik ta' impunjazzjoni tal-legittimita' tat-tifel, u dik ta' tfittxija tal-paternita'. Din l-ahhar azzjoni msemmija hija moghtija biss lit-tifel, u hija estiza lill-werrieta jewdixxendenti tieghu fil-kaz biss previst mill-art. 98 tal-Kodici Civili. It-tifel ghandu d-dritt lijitlob stat kuntrarju ghal dak li jaghtih l-att tat-twelid meta ma jkollux pussess ta' stat konformi ma' l-att tat-twelid, u ebda limitazzjoni ohra ma timponilu l-ligi ghall-ezercizzju ta' dik l-azzjoni. Ghaldaqstant lilu ma tolqtux il-limitazzjoni li tolqot lil persuni ohra nteressati, konsistenti filli huma jkollhom jippruvaw l-impossibilita' fizka ta' koabitazzjoni tal-prezunti genituri tat-tifel fiz-zmien rilevanti minhabba lontananza. Mela t-tifel ma hux ostakolat fl-ezercizzju ta' l-azzjoni ta' ricerka tal-paternita' tieghu bil-fatt li dik l-impossibilita' fizika ma tirrizultax; l-unika limitazzjoni li tolqtu hija dik illi tolqtu meta huwa jkun jippossjedi stat konformi ma' l-att tat-twelid tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info