Reference: Volume 38B (1954), Part No. 3, Section , Page 624

Judgement Details


Date
08/01/1954
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
EDGAR STAINES, O.B.E., NE vs JOSEPH CUSCHIERI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARMISTIZJU - CESSAZZJONI TA' L-OSTILITAJIET - GWERRA - INTERPRETAZZJONI TAL-FRAZI "META TISPICCA L-GWERRA" - KUNTRATT - TRATTAT TAL-PACI
Summary
Gwerra tista' tispicca bi tliet manjieri differenti: jew billi l-belligeranti jastienu ruhhom minn attijiet ohra ta' gwerra u jghaddu ghal relazzjonijiet pacific imma ma jaghmlux il-pace espressamentper mezz ta' trattat specjali; jew per mezz ta' trattat specjali tal-paci: jew bis-soggjogazzjoni ta' l-avversarju. Imma l-manjieri li bihom il-gwerra tispicca regolarment huma t-trattat tal-paci u s-soggjogazzjoni. Kwantu ghall-mezz l-iehor, jigifieri c-cessazzjoni tal-gwerra da parti taz-zewg belligeranti din hija dik ic-cessjoni ta' l-ostilitajiet bhal fil-kaz ta'armistizju jew ta' reza inkondizzjonata. Dan l-ahhar imsemmi metodu gie adottat fit-tieni gwerra mondjali, biex isir tmien ta' l-ostilitajiet minflok il-ftehim konswetudinarju ta' l-armistizju, sabiex tigi evitata l-konkluzjonita' ftehim mal-gvernijiet responsabili ghall-inizju u ghall-procediment illegittima tal-gwerra, izdadan il-metodu ma jgibx mieghu t-tmien formali tal-gwerra, izda dan il-metodu ma jgibx mieghu t-tmien formali tal-gwerra. Ghalhekk il-gwerra ma' l-Italja ghandha tigi ritenuta li spiccat bit-trattattal-paci li gie firmat f'Parigi fl-10 ta' Frar 1947, u mhux meta fil-fatt iccessaw l-operazzjonijiettal-gwerra, li spiccaw bil-ftehim li sar fit-3 ta' Settembru 1943, u li gew kompletati bid-dokumentaktar dettaljat ("The Long Terms") li gie firmat f'Malta tid-29 ta' Settembru 1943. B'dan kollu fl-interpretazzjonit ta' kuntratti privati l-Qorti tista' kunsidrati c-cirkustanzi tal-kaz tittratta c-cessazzjoni ta' l-ostilitajiet bhala sinonima mac-cessazzjoni tal-gwerra; u dan sabiex jigu evitatirizultati inkonsistenti mal-gustizzja u mas-sens komun. U biex il-Qorti tasal ghall-konluzjoni lil-partijiet kellhom f'mohhom ic-cessazzjoni ta' l-ostilitajiet u mhux it-terminazzjoni tal-gwerra, avvolja fil-ftehim huma uzaw il-frazi "meta tispicca l-gwerra", tista' tqis anki cirkustanzi barra mill-kuntratt li jiswew biex wiehed jattingi minnhom l-elementi tal-konvinzjojin tieghu skond ir-regoli li jiggovernaw il-provi. In bazi ghal dawn il-principji, fil-kaz prezenti, il-Qorti zammet illi l-frazi "meta tispicca l-gwerra", uzata mill-partijiet fil-kuntratt, kienet tfisser ic-cessazzjoni ta' l-ostilitajiet f'Malta jigifieri fit-8 ta' Mejju 1945, meta gie firmat l-istrument tar-reza totaliu inkondizzjonata tal-ghadu, u mhux fl-10 ta' Frar 1947, meta sar it-Trattat tal-Paci.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info