Reference: Volume 44D (1960), Part No. 4, Section , Page 874

Judgement Details


Date
07/05/1960
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
CAPTAIN JOSEPH E. AGIUS, M.C., NE. vs JOSEPH ATTARD KINGSWELL ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FAIR COMMENT" - ART. 15 (A) (B) TAL-KAP. 117 - ART. 23 TAL-KAP. 12 - KORP MORALI - LIBELL - VERITA' TAL-FATTI
Summary
Hi massima elementari illi, biex wiehed jara jekk artikolu publikat f'gurnal hux kontumeljus jew le,jehtieg li jezamina mhux biss il-kliem tal-artikolu fis-sens taghhom ordinarju, imma billi jikkonfrontahom ma' xulxin, jindaga l-ispirtu tal-artikolu, u jiskruta dak li jissejjah "il vero concetto dominante". Meta l-imputat f'kawza ta' libell, jeccepixxi d-difiza tal-"fair comment", jehtieg li jigu pruvati l-fatti tal-libell li dwarhom hu jkun qed jippretendi li ghamel komment li hu "fair"; u l-falsita' tal-kliem ingurjuz hi prezunta favur il-kwerelant sakemm ma ssirx prova kuntrarja. Jekk il-verita' tal-fatti ma tigix pruvata, lanqas biss hemm lok li tigi ezaminata l-eccezzjoni tal-"fair comment". Korp jew kumpannija, li ghandhom karattru kummercjali, jistghu jagixxu ghall-ingurju kontra min infamahom bi kliem li jaghmel hsara fir-riputazzjoni tan-neguzju taghhom. Mhix censurabbli s-sentenza tal-Magistrat, li ssib il-kwerelat hati ta' ngurja gravi, meta fil-kwerela jissemma biss li"l-kwerelat ingurja lill-kwerelant". L-artikolu rilevanti tal-ligi tal-istampa proprjament ma jaghmelx distinzjoni bejn ingurja mhux gravi u ngurja gravi imma jithaddet fuq ingurja wahda, punibbli bi grad ta' piena divers skond jekk ikun hemm imputazzjonijiet specifici jew espressjonijiet vagi u rimproveri ndeterminati; jekk, pero', ikun hemm imputazzjonijiet specifici, allura l-ingurja dottrinalment tkun gravi, u l-kundanna tibqa' dejjem fit-termini tal-imputazzjoni u tal-ligi. Is-semplici cirkustanza li jkun l-ewwel reat tal-kwerelat mhijiex wehedha bizzejjed biex tintitolah ghall-liberazzjoni bhala "first offender"; u l-ligi tenumera espressament kriterji ohra li ghandhom jiggwidaw il-Qorti fil-koncessjoni ta' dak il-beneficcju. Fil-kaz prezenti, fil-fatt li l-kwerelat "in limine litis" assuma li jaghmel il-prova tal-verita' tal-fatti, u mbghad din il-prova ma ghamilha bl-ebda mod, u lanqas ma pproduca x-xhieda li kien ingunga in sostenn tal-eccezzjoni tieghu, anzi kien irrinunza ghalihom, bla ma ghamel ebda dikjarazzjoni li jirtira l-eccezzjoni, jew li jirrikonoxxi li l-fattiallegati mhumiex veri, inklinaw lill-Qorti biex ma takkordax dak il-beneficcju, avvolja si trattavatal-ewwel reat tal-kwerelat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info