Referenza: Volum 44D (1960), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 742

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/12/1960
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
GIUSEPPE CHIRCOP vs EMMANUELE CAMILLERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 5 U 7 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - ATTI TAL-KUMMERC - BEJGH U XIRI TA' BINI - KOMPETENZA - KUMMERCJANT
Fil-Qosor
Huma atti tal-kummerc, fost ohrajn, ix-xiri u l-bejgh mill-gdid ta' immobili, meta jsiru bi spekulazzjoni kummercjali, u l-intrapprizi tal-bini, u kull operazzjoni dipendenti jew li ghandha x'taqsam ma' dawn l-atti. Imma mhux att tal-kummerc kwalunkwe xiri ta' immobili biex jigu rivenduti, u ferm anqas biex jigu affittati; biex ikun hemm att ta' kummerc jehtieg bhala kondizzjoni essenzjali operazzjoni, jew aktar komunement serje ta' operazzjonijiet konsimili ghan-natura u estensjoni taghhom jewghall-estensjoni tal-edifizji, u f'kull kaz, l-intenzjoni li l-partijiet ikunu pproponew li jirrealizzaw l-iskop ta' vera, proprja u notorja spekulazzjoni kummercjali. Fil-kaz ta' kummercjant timmilita l-prezunzjoni li kull att tieghu jigi prezunt ta' indoli kummercjali sakemm ma jkunx tali li minnu stess jirrizulta li hu estranju ghall-kummerc. Ghaldaqstant minn ikun kummercjant f'generu divers minn dak ta' spekulazzjoni fuq il-bini, ma jaghmelx att ta' kummerc billi jixtri l-bini bil-hsiebli jikrieh, anki ammobilit, biex jawmenta r-renditi tieghu, ghalkemm bil-hsieb ukoll illi, jekk isibokkazjoni favorevoli, ibieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni