Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section , Page 61

Judgement Details


Date
26/02/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EDGAR BALDACCHINO ET. vs ONOR. DR TOMMASO CARUANA DEMAJO LL.D. NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CINEMSTOGRAPH FILMS (PROHIBITION OF IMPORTATION) REGULATIONS, 1954" - ATTI "JURE IMPERII" - IMPORTAZZJONI - NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN NRU. 67 TA' L-1954 - RETROATTIVITA'
Summary
Skond il-Ligi tad-Dwana, il-Kollettur ghandu jikkonsenja l-oggetti lill-importatur jew lill-persunali tipprezentalu c-cedola originarja tad-Dwana dwar dawk l-oggetti firmata mill-importatur. Meta dik ic-cedola tigi regolarment prezentata, il-konsenja ta' l-oggetti ma tistax tigi rifjutata mill-Kollettur, ladarba l-importazzjoni relativa kienet regolari. U ladarba din hija materja regolata b'ligi l-awtorita' amministrativa ma tistax izzomm lill-importatur milli jirtira l-merkanzija minnu importata, meta l-ligi tkun giet osservata, bis-sahha ta' ordni li hija tohrog "jure imperii": ghax il-"jus imperii" in genere, u wahdu, ma jistax jestendi ruhu fuq drittijiet akkwiziti ta' proprejta' tac-cittadini; u meta l-interess publiku huwa urgenti u jinnecisita' xi provvediment li bih jista' jilledi dawk id-drittijiet, il-Gvern ghandu jirrikorri ghall-provvidiment legislativ opportun. L-importazzjoni hija kompjuta bil-fatt biss illi l-merkanzija tingieb minn barra f'dawn il-Gzejjer u jkun spicca t-trasport taghha bil-bahar jew bl-arju u b'mod illi l-izbark u l-konsenjz tal-merkanzija huma atti separati mill-importazzjoni u mhux komprizi fiha. Meta f'ligi li tohrog ma jkunx hemm klawsolaretroattiva, u l-kliem taghha ma jkunx jimporta retroattivita. dil il-ligi ma ghandhiex ikollha effett retroattiva, lanqas jekk tkun materja ta' interess jew ordni publiku. B'applikazzjoni ta' dawn il-principju fil-kaz prezenti, gie ritenut illi l-atturi, li kienu importaw xi "films" ta' origini sovjetika, ma setghux jigu michudin milli jirtiraw mid-Dwana dawk il-pellikoli fuq semplici ordni ta'l-awtorita' amministrativa, ghax il-pellikoli kienu ga' gew importati regolarment meta ma kienx hemmebda ligi li kienet taghti lill-awtorita' amministrattiva l-fakolta' li tohrog dak l-ordni, ghad likienet ghadha ma saretx il-konsenja taghhom lill-importatur; u illi l-ordni li gie moghti bhala att"jure impesenjati lill-importatur, ma kienx att maghmul validament. Gie ritenut ukoll illi n-Notifikazzjoni tal-Gvern nru. 67 ta' l-1954, li kienet tipprojbixxi l-importazzjoni ta' dawk il-pellikali, ma kienetx tolqot il-pellikoli ta' l-attur, ghax dawn kienu ga' mportati meta harget dik in-Notifikazzjoni, u l-ordni kontenut fiha ma setax ikollu effett retroattiv, ghax il-materja hija regolata b'ligi u ghalhekk ma setghetx tinzamm il-konsenja ta' dawk il-films bis-sahha ta' att kompjut "jure imperii". Barra minn dan, gie ritenut ukoll illi l-Government Notice ga' msemmija; nru. 67 ta' l-1954, kienet "ultra vires" f'dik il-parti taghha li kienet tipprojbixxi l-konsenja ta' dawk il-films, billi l-"enabling law" li bis-sahha taghha giet mahruga dik in-Notifikazzjoni ma kienetx taghti lill-Gvernatur fil-Kunsill il-fakolta' li jipprojbixxi l-konsenja meta l-merkanzija tkun ga giet importata; u li ghalhekk dik in-Notifikazzjoni f'dik il-parti taghha kienet nulla.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info