Referenza: Volum 32D (1946), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 372

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/06/1946
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
CHARLES BOWELL vs GIUSEPPE SERRACINO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 4 (4) TA' L-ORDINANZA XVI TAL-1944 - ATTI "JURE IMPERII" - HOUSING COMMISSIONER - LOKAZZJONI - LOKAZZJONIJIET SUCCESSIVI TA' L-ISTESS FOND - PREFERENZA - REKWIZIZZJONI - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Bis-sahha ta' l-ordinanza XVI ta' l-1944 il-kerrej li l-ahhar kienet ghandu mikrija dar, ghandu dritt ta' preferenza fir-rilokazzjoni ta' dik id-dar meta s-sid ma jkunx iridha ghalih jew ghal xi qrabatieghu msemmija minn dik l-istess ligi. L-att ta' rekwizizzjoni huwa att "jure imperii" li ma huxsindakabbli mill-Qrati sakemm ikun sar fis-sustanza tieghu, minbarra fil-forma, skond il-ligi imma ma jistax jissejjah skond il-ligi dak l-att li jikser ligi ohra. L-awtorita' tal-Housing Commissioner tikkonsisti filli jew jirrekwizizzjona post u jdahhal fih lil min fil-gudizzju tieghu huwa "homeless", jew ma jirrekwizizzjona xejn, imma ma ghandux il-jedd li jaghmel kondizzjonijiet lezivi ghad-drittijiet tat-terzi taht ligi ohra. Kondizzjoni simili ma hix att "jure imperii", u taqa' taht is-sindakat shih tal-Qrati. It-talba ghall-konsenja tac-cwievet ta' fond tammonta "per equipollens" ghaldomanda ghax-xoljiment jew annullament ta' kull lokazzjonió u jekk ic-cwievet ikunu ghand min ikundahal fil-post, u mhux ghand is-sid, u dak li jkun dahal fil-post ikun imsejjah fil-kawza fejn is-sid ikun koncenut, it-talba ghall-konsenja tac-cwievet tista' tigi milqugha fl-istess kawza. Fil-kazta' kirja ta' fond lil terza persuna li vjolazzjoni tad-dritt ta' preferenza moghti mill-ligi fuq imsemmija lill-ahhar kerrej mhumiex applikabbli r-regoli li jsejjhu fil-kaz ta' zewg lokazzjonijiet successivi ta' l-istess fond lil diversi persui, fejn jirbah dak it-tieni kerrej li jkun dahal fil-post "in bona fede".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni