Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section , Page 51

Judgement Details


Date
15/02/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
MICHELE TABONE vs MARIA VINCENZA MIFSUD ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 1017 TAL-KODICI CIVILI - DIGRIET INTERLOKUTORJU - GUDIKAT - KUNSENS - NULLITA' - PROVI - SENTENZA - VJOLENZA
Summary
Biex ikun hemm il-gudikat jehtieg il-konkors ta' tliet elementi, i.e. l-istess persuni, l-istess oggett, u l-istess kawzali. Ghalkemm ma jistax jig nvokat fid-difett tar-rekwizit ta' l-identita' tad-domanda, il-gudikat huwa ralevoli biex jiddefinixxi domanda sussegwenti li, ghalkemm mhix identika ghal dik definita bil-gudiku, tkun pero' fondata fuq l-istess "ratio petendi". U hemm ukoll lok ghall-eccezzjoni tal-gudikat, meta l-meritu tal-kawza, ghalkemm distint minn dak tal-kawza ta' qabel, jifforma parti mill-istess haga, jekk il-punt kontrovers ikun l-istess; u ghalkemm, biex jigi nvokat il-gudikat, hemm bzonn ta' l-identita' ta' l-oggett, dik l-identita' ma hemmx bzonn tkun assoluta, basta jkun hemm l-identita' fuq il-pont kontrovers, jew l-oggett fit-tieni citazzjoni jidhol bhala parti integrali ta' l-oggett aktar ampju dedott fl-ewwel citazzjoni. Huwa veru li l-ligi tiddistingwibejn il-motivi u d-dispozitivi tas-sentenza u trid li kull dikjarazzjoni li fil-hsieb tal-gudikant hi deciziva u obligatorja ghandha tifforma parti mid-dispozittiv, b'mod li, biex jigi stabbilit jekkis-sentenza ta' qabel tiggustifikax l-eccezzjoni tal-gudikant, ghandu jigi ezaminat d-dispozitiv ta'dik is-sentenza, u mhux il-motivazzjoni; imma hu veru wkoll li hemm gudikat implicitu meta d-decizjoni tkun konsegwenza necessarja ta' dispozizzjoni espressa. Il-volonta' tal-gudikant tista' tittiehed anki mill-konsiderandi tas-sentenza, u d-dispozitiv ma ghandux jittiehed separatament mill-motivat, imma ghandu jigi minn dan definit u spjegat. Ghaldaqstant, ghalkemm il-kawza sussegwenti jkollhaoggett differenti minn dak tal-kawza precedenti, ma humiex ammissibili fit-tieni kawza domandi lix-xhieda li bihom tigi mqajma kwistjoni ga diskussa u deciza fil-kawza ta' qabel, u tendenti biex jiddistruggu l-ewwel gudikat; u ghalhekk ukoll ma humiex ammissibli fit-tieni kawza domandi lix-xhieda li huma inkompatibili mal-gudikat precedenti u li bihom ikun irid jigi distrutt dak il-gudikat. Kunsens mehud bi vjolenza mhux null, imma invalidu, jigifieri ma jkunx jiswa. Konsegwentement il-vjolenza tiggenera azzjoni ta' nullita', li in segwitu ghaliha l-kuntratt ghandu jaqa'. Imma l-kuntratt ma jkunx inezistenti, izda biss annullabili. U meta l-kwistjoni hi ta' nullita'. il-konvenutjista' jissolleva dik in-nullita' b'eccezzjoni: mentri meta l-kwisjtoni tkun ta' annullabilita', ma tistax tingieb 'il quddiem b'eccezzjoni imma b'azzjoni "ad hoc". Il-pronuncjament tal-Qorti li hin tippronunzja ruhha dwar l-ammissibilita' jew le ta' prova, huwa digriet interlokutorja, u mhux sentenza definitiva, avvolja dak il-pronuncjament ikun iddecida l-ispejjez dwar dak il-kap: u, ghalhekk huwa nulll-appell li jsir minn dak il-pronuncjament, jekk ma jkunx sar bil-formalita' preskritta mill-ligi ghall-appelli mid-digrieti interlokutorji.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info