Reference: Volume 38A (1954), Part No. 1, Section 1, Page 97

Judgement Details


Date
05/03/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
NOBBLI CARMELO ZAMMIT GAUCI vs KAN. EDOARDO GATT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 944 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - ATT RIKONJITORJU - DEVOLUZZJONI TAL-FOND ENFITEWTIKU - ENFITEWSI - INDIVIZIBILITA' - MOROZITA' FIL-HLAS TAC-CENS - PATT KOMMISSORJU - RINUNZJA
Summary
F'kawza ta' devoluzzjoni ta' fond enfitewtiku favur il-padrun dirett minhabba morozita' fil-hlas tac-cens, ma hemmx bzonn li jkunu mharrkin il-possessuri kollha tal-fond; u dan in vista ta' l-indivizibilita' tac-cens, billi sentenza moghtija in kontestazzjoni ta' wiehed mill-koenfitewti taghmel statfil-konfront tal-possessuri kollha. Huwa biss in kontestazzjoni ma' l-attwali possessuri tal-fondenfitewtiku li jistghu konvenjentement u ezawrjentement jigu diskussi t-titoli tal-padrun dirett ghar-restituzzjoni tal-fond u r-ragunijiet tal-possessuri in oppozizzjoni ghad-devoluzzjoni mitluba. La l-att rikonjiterju, u lanqas il-fatt li l-padrun dirett jircievi minn ghand xi koenfitewta rata ta' cens, ma jipproducu rinunzja ghall-indivizibilita', jekk ma jkunx hemm stipulata rinunzja espressaghal dik l-indivizibilita'. Jekk, pero', tkun difficli l-prova li gie mharrek almenu wiehed mill-enfitewti ta' kull wahda mill-porzjonijiet li fihom originarjament kien gie diviz il-fond enfitewtiku, ammenokke' l-padrun dirett ma jkunx irid jiccita l-enfitewti kollha tal-fond, ma hux il-kaz li tigi respinta t-talba ghad-devoluzzjoni tal-fond, imma li jigi ezaminat jekk id-diffikultajiet inkontrati biex jigu stabbiliti l-possessuri tal-fond jistghux jigu eliminati in bazi ghall-provi mressqin;billi jigi nkarikat perit ghal dan l-oggett, anki, ghall-bzonn, mill-Qorti "ex officio".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info