Referenza: Volum 32F (1946), Parti Nru. 4, Taqsima 2, Paġna 1031

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/09/1946
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs ELIA VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 352 (GG) TAL-KODICI KRIMINALI - CITAZZJONI - KORREZZJONI - PROVI - TRIQ - XHIEDA
Fil-Qosor
L-art.18 tal-Ligijiet tal-Pulizija, li jimponi lis-sidien ta' bini li jzommu l-bini taghhom fi statta' riparazzjoni b'mod li ma jkunx perikoluz ghan-nies, huwa applikabili biss ghat-transitanti fit-triq fejn ikun hemm il-bini in kwistjoni jew ghall-proprejta' vicina, u ma hux applikabili ghall-kazfejn il-perikolu jkun ghan-nies li jkunu fil-proprjeta' ta' l-istess imputat jew ghal dik il-propjeta' tieghu. F'dan l-ahhar kaz huwa applikabili l-art. 352 inciz (cc) tal-Kodici Kriminali. Jekk l-imputazzjoni ssir kontra l-imputat taht l-art. 18 tal-Ligijiet tal-Pulizija, u jirrizulta li r-reat jaqa' taht l-art. 352 inciz (cc) tal-Kodici Kriminali, il-Magistrat ma jmissux jillibera lill-imputat, imma ghandu ighaddi ghall-ezami tal-kaz taht dan l-ahhar imsemmi artikolu tal-ligi. Dan jista' jsir jekk il-Pulizija tkun iffomulat ic-citazzjoni b'mod li tigi nkwadrata anki l-ipotesi tar-reat kifkontemplat minn dan l-ahhar imsemmi artikolu, jew billi l-Pulizija titlob l-emendament tac-citazzjoni f'dan is-sens - haga li tista' ssir, billi c-citazzjoni fil-Qorti t'isfel ma hix necessarjament il-bazi ta' l-inkriminazzjoni. Imma jekk dan ma jkunx sar quddiem il-Magistrat, ma jistax isir fl-appell; ghax fis-sedi ta' l-appell l-imputazzjoni ma tistax tigi mibdula. U ghalhekk, meta jigri dan,il-Qorti ma tistax taghmel hag'ohra hlief tikkonferma l-liberatorju tal-Magistrat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni