Referenza: Volum 38A (1954), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 374

Dettalji tas-Sentenza


Data
13/03/1954
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
GIUSEPPE FENECH vs AVUKAT DR. ANTONIO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BOARD TAL-KERA - DEPOZITU - KOMPETENZA - RATIZZAZZJONI TA' SPEJJEZ
Fil-Qosor
It-tribunal kompetenti biex jiehu konjizzjoni ta' talba ghall-apporazzjoni ta' ratizzazzjoni ta' spejjez li saru fi proceduri quddiem il-Board tal-Kera huwa t-tribunal ordinarju, u mhux il-Board tal-Kera. Ma jajjutax dan il-principju l-fatt li l-parti li topponi dik ir-ratizzazzjoni tkun iddepozitat is-somma li jidhrilha li hija dovuta taht l-awtorita' tal-Qorti ordinarja. Depozitu simili ma jirradikax il-kompetenza tat-tribunal ordinarju; ghax min jitlob ir-ratizzazzjoni mhux talli ma jkunx qieghed jitlob l-izbank ta' dak id-depozitu, jew jaghmel kwistjonijiet fuqu, imma anzi ikun qieghed implicitament jipprexindi minnu, meta fit-tahrika jadopera l-kliem "inattiz id-depozitu". Lanqas matista' tigi argumentata minn depozitu simili s-sottomissjoni tad-depozitant ghall-Qorti li taht l-awtorita' taghha jkun sar id-depozitu: ghax xi tratta ta' kompetenza "per materia", li hija ta' ordnipubliku, u mhix rinunziabili. Imma kawza ta' ratizzazzjoni ta' spejjez inkorsi fi proceduri li saruquddiem il-Board tal-Kera hija ta' natura tali li ma tidholx, la fl-iskop generali tal-ligi tal-kera, u lanqas fl-iskopijiet specifici li jidhru mid-dispozizzjonijiet ta' l-istess ligi; u ghalhekk kawza simili tidhol fil-kompetenza tat-tribunal ordinarju, indipendentement mill-fatt li taht l-awtorita' tat-tribunal ordinarju jkun sar id-depozitu fuq imsemmi. U dan avvolja l-Board tal-Kera huwa requestit mill-poter li jezegwixxi intenzi tieghu, u l-approvazzjoni tar-ratizzazzjoni hija pre-ordinat ghal dik l-ezekuzzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni