Reference: Volume 34B (1950), Part No. 2, Section , Page 657

Judgement Details


Date
10/10/1950
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
GIOVANNI BALDACCHINO vs ANTONIO CASSINGENA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1223, 2039 U 2062 TAL-KODICI CIVILI - ECCEZZJONIJIET - ESKUSSJONI - FIDEJUSSJONI - KOMPETENZA - KUNTRATT - NOVAZZJONI - SENTENZA - SOLIDARJETA'
Summary
Il-garanti jista' jaghti kontra l-kreditur l-eccezzjonijiet kollha li jista' jaghti d-debitur principali, basta li jkunu eccezzjonijiet imghaqqsa mad-dejn; fosthom dik ta' l-inkompetenza tal-Qorti. Elementi essenzjali tan-novazzjoni huma: _ 1. Obligazzjoni precendenti; 2. Obligazzjoni successiva litkun tiddifferixxi mill-ewwel wahda b'mod li tkun tista' tigi kunsidrata bhala modifikazzjoni taghha stess; 3. Il-kapacita' tal-partijiet interessanti; 4. u l-"animus novandi". Il-kriterja biex tigi rikonoxxut il-konkors ta' dawk l-element huma divers skond jekk in-novazzjoni tkunx soggettiva jewoggettiva. Biex ikun hemm novazzjoni hemm bzonn li jkun hemm l-inkompatibilita' ta' l-ezistenza ta' zewg obligazzjonijiet; u f'kaz ta' dubbju, innovazzjoni ghandha tigi eskluza. Meta kreditu kanonizzat b'sentenza jigi konvertit f'debitu b'att publiku, hemm novazzjoni, ghax jigi estint l-ewwel debitu u minnu jitnissel debitu iehor: it-titolu precedenti, li kien is-sentenza, jigi annullat, u minfloku jinholoq titolu gdid, li huwa l-kuntratt. U meta jsir dan, jigifieri illi l-kreditu kanonizzat b'sentenza jigi konvertit f'debitu b'att publiku, id-debitu l-gdid isir ta' natura civili anki jekk il-kreditu originali kien gie kanonizzat mill-Qorti tal-Kummerc. Il-garanti solidali ma jistax jaghti l-eccezzjoni ta' l-esklussjoni tal-beni tad-debitur principali, u dan minhabba s-solidarjeta'.Imma anki meta huwa semplici garanti, u mhux solidali, huwa ma jistax jinvoka dak il-beneficcju ta'l-esklussjoni, jekk id-debitur principali jkun sar insolvibili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info