Referenza: Volum 34B (1950), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 560

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/05/1950
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
ANTONIA MIZZI vs STANLEY CHAPMAN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 220 TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - INTERVENT TAL-MARIXXALL - KURA TAT-TFAL - ORDINANZA I TA' L-1876 (KAP. 28) - PATRIA POTESTA' - TUTELA LEGALI
Fil-Qosor
Il-missier li jaghti tarbija tieghu lil persuna ohra biex trabbiha, ma jipprivax ruhu mid-dritt li jirrikjama dik it-tarbija biex jiehu hsiebha huwa stess, dritt li ghandu bis-sahha tal-patria potesta'. U hadd ma jista' jindahallu fit-trobbija u l-edukazzjoni ta' dik it-tarbija. Jekk it-tarbija tkun illegittima, ghax imwielda minn missier mhux maghruf, il-mara li tirrikonoxxi dik it-tarbija bhala bintha ghandha l-istess drittijiet fuqha bis-sahha tat-tutela legali, sakemm dik it-tarbija tikber u tasal ghall-eta' magguri; u ghalhekk, l-omm li meta twelditilha t-tarbija illegittima tatha lilpersuan ohra biex irabbuha, tista meta trid titlob lura dik it-tarbija u dawk il-persuni l-ohra mhux biss ma jistghux jirrifjutaw li jikkunsidrawhielha, imma lanqas jistghu jindahlulha fl-edukazzjoni u t-trobbija taghha. Jek imbaghad dik il-mara tkun f'xi ambjent hazin li jista' jkun ta pregudizzju morali hat-tarbija, imiss lil haddiehor, u mhux lil dawk il-persuni, li jitlob mill-Qorti kompetenti l-provvediment mehtieg jekk ikun il-kaz. Fil-kaz prezenti il-Qorti, barra milli applikat dawnil-principji, intravediet ukoll illi l-ordni taghha lill-konvenuti li jikkunsinnaw it-tarbija fil-kwistjoni ma kienx ser jigi minnhom obdut volontarjament, u ghalhekk awtorizzat lill-attrici li tezegwixxi s-sentenza, jekk ikun hemm bzonn, billi tinqeda bl-intervent tal-marixxall tal-Qorti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni