Referenza: Volum 46C (1962), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 515

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/11/1962
Qorti
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM, MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
HENRY COLE ET vs PAOLO GRIXTI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1111, 1112, 1581 U 1605 TAL-KAP. 23 - BENEFIKATI - ENFITEWSI - PATT KOMMISSORJU TACITU
Fil-Qosor
L-azzjoni ghar-rizoluzzjoni ta' koncessjoni enfitewtika jew subenfitewtika minhabba inadempjenza tal-obligi kontrattwali mhix koncessa, b'applikazzjoni tal-patt kommissorju tacitu meta l-inadempjenzatikkonsisti billi l-koncessjonarju jkun naqas li jezegwixxi fil-fond il-benefikati li jkun obliga ruhu li jikkostruwixxi, ammenokke' din ir-risoluzzjoni ghal din ir-raguni ma tkunx giet espressament stipulata fil-kuntratt tal-koncessjoni. Ghalkemm il-kondizzjoni rizoluttiva hi dejjem sottintizafil-kuntratti bilaterali, din id-dispozizzjoi, li tghodd ghall-obligazzjonijiet in generali, ghandha tinqara mad-dispozizzjonijiet li jirrigwardaw il-kuntratt tal-enfitewsi in partikulari; u meta hekk tinqara, wiehed ghandu jasal ghall-konkluzzjoni illi r-rizoluzzjoni tal-enfitewsi jew subenfitewsimin habba nuqqas ta' adempjenza tal-obligu tal-benefikati ma tikkompetix lill-koncedent jew subkoncedent, jekk l-istess rizoluzzjoni ma tkunx giet espressament mfthema. Jizdied ma' dan fil-kaz partikolari, illi hu veru li l-koncedent ghandu dritt jezigi li l-koncessjonarju josserva l-obligu tal-benefikati, bhal ma hu obligat jirrispetta l-obligi l-ohra minnu assunti, imma hu veru wkoll illi r-rizoluzzjoni ta' kuntratt b'applikazzjoni tal-patt kommissorju tacitu ma tinghatax hlief meta l-inadempiment hu gravi, u meta l-patt inadempjut hu ta' importanza tali li jirrifletti fuq il-prestazzjoni principali li tifforma l-oggett tal-kuntratt. Kwindi, jekk l-enfitewta li jkun obbliga ruhu di fronti ghall-padrun dirett li jikkostruwixxi xi benefikati fuq art mehuda minn ghandu b'enfitewsi, jissubkoncedi dik l-art lil persuna ohra b'awment ta' cens u bl-obligu tas-subkoncessjonarju li jirrikostruwixxi hu dawk il-benefikati f'certu zmien u l-iskop uniku tas-subkoncedent ma ghandu ebda interess partikulari fil-kostruzzjoni ta benefikat; u dan ghalih mhux obbligu ta' mportanza li jiggustifika r-rizoluzzjoni tas-subkoncessjoni enfitewtika ladarba din ma tkunx giet espressament stipulata. Mal - a cens, u kwindi ma ghandux dak l-interess mehtieg biex jekk jidhirlu, jirrikorri ghal rimedji ohra biex igieghel lis-subenfitewta jerigi dawk il-benefikati, imma mhux ir-rimedju tar-rizoluzzjoni tas-subenfitewsi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni