Reference: Volume 37C (1953), Part No. 2, Section , Page 616

Judgement Details


Date
09/01/1953
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
FRANCIS X. SARE' vs SALVATORE CACCIOTTOLO ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"GENERAL WORKERS' UNION" - ARBITRAGG - KOMPROMESS - SOCJETA CIVILI
Summary
Mhix accettabili l-allegazzjoni illi c-cittadin ma jistax jirrinunzja ghad-dritt li ghandu li jadixxi t-tribunali; u dan jidher car mill-fatt li l-klawsola kompromissorja hija valida. Il-kompromess jippresupponi almenu zewg partijiet li jafdaw pendenza ta' bejniethom fid-decizjoni ta' terza persuna; imma enti morali bhal ma hija l-General Workers' Union, ma jistax jaghmilha ta' arbitru. Il-General Workers' Union hija wahda minn dawk li jissejhu socjetajiet civili, rikonoxxuta jew permessa mill-ligi. Min jinkiteb fiha jidhol f'rapport kontrattwali maghha, u jintrabat li joqghod ghall-Istatuttaghha. Ghaldaqstant, ladarba l-Istatut ta' dik l-Union jikkostitwixxi l-Ezekutir Nazzjonali ta' dik l-Union bhala l-organu suprem ta' l-appell, id-diskrezzjoni ta' dak l-organu hija insindakabili mill-Qrati, jekk fil-kaz partikaluri ma tkunx tirrikorri xi kawza approvata mill-ligi ghat-thassir ta' kuntratt, jew ma jkunx hemm xi ksur tar-regolamenti, jew xi applikazzjoni taghhom kontra l-principji tal-gustizzja naturali. Imma anki f'dawn il-kazijiet, il-Qrati ma jistghux jissindakaw l-opportunita' jew l-espedjenza tad-deliberazzjoni li tkun giet mehuda, u lanqas il-motivi intrinsici li jkunu ddeterminawha; kif ukoll ma jistghux jaraw jekk l-opinjoni f'dik id-deliberazzjoni espressa hijiextajba jew hazina, basta pero' li tkun giet emessa in bwona fede.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info