Reference: Volume 37C (1953), Part No. 2, Section , Page 763

Judgement Details


Date
06/10/1953
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
VICE ADMIRAL GEOFFREY ALAN BROOKE HAWKINS, C.B., M.VO., D.S.O. NE. vs GIOVANNI CASSAR NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1065 U 1066 TAL-KODICI CIVILI - ENFITEWSI - PATT KOMMISSORJU - RIZOLUZZJONI
Summary
Il-padrun dirett ghandu d-dritt jitlob ir-rizoluzzjoni ta' l-enfitewsi mhux biss meta l-enfitewta jonqos mill-hlas tac-cens jew fil-kaz ta' taghriq tal-fond, imma anki minhabba inadempjenza da parti ta' l-enfitewta ta' xi obligazzjoni assunta fil-kuntratt enfitewtiku; u dan avvolja ma tkunx saret stipulazzjoni f'dan is-sens fil-kuntratt tal-koncessjoni enfitewtika. Ghax il-patt kommissorju hu sottintiz dejjem, fil-kuntratti bilaterali, ghall-kaz li xi wahda mill-partijiet ma tissoddisfax l-obligazzjonijiet taghha. Jekk l-inadempjenza tkun biss parzjali, jista' jkun hemm l-annullament tal-konvenzjoni, jekk l-obligazzjoni li ma gietax ezegwita tkun wahda principali, u mhux biss accessorja jew sekondarja; u jekk l-obligazzjoni li ma gietx ezegwita hijiex principali jew accessorja, jiddependi mill-interpretazzjoni tal-volonta' tal-partijiet kontraenti. L-obligazzjoni li ma gietx ezegwita hija principali jekk l-attur probabilment ma kienx jikkuntratta kieku seta jipprevedi l-inadempjenzaparzjali ta' l-obligazzjoni da parti tal-konvenut; f'liema kaz il-kuntratt ghandu jigi annullat. Hija accessorja jew sekondarja, jekk il-prospettiva ta' l-inadempjenza ta' l-obligazzjoni aktarx li makienetx timpedixxi lill-attur li jikkonkjudi l-kuntratt; u f'dan il-kaz l-attur ghandu dritt ghar-rizarciment tad-danni. Ir-rizoluzzjoni tista' tigi mitluba wkoll jekk l-inadempiment ma jkunx kolpuz, jew ikun biss parzjali; imma ghal din ir-rizoluzzjoni minhabba inadempjenza anki parzjali, irid ikun hemm f'kull kaz il-pregudizzju arrekat mid-debitur lill-kreditur minhabba dik l-inadempjenza; b'mod li mhux il-kaz li l-kuntratt jigi annullat jekk il-kreditur ma jkollux ebda nteress ghall-adempiment tal-klawsoli li ma gewx ezegwiti. B'applikazzjoni ta' dawn il-principji, fil-kaz prezenti gietrigettata t-talba ta' l-attur ghar-rizoluzzjoni ta' l-enfitewsi bazata fuq inadempjenza da parti tal-konvenut ta' wiehed mill-pattijiet kontenuti fil-kuntratt tal-koncessjoni enfitewtika.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info