Referenza: Volum 32B (1946), Parti Nru. 1, Taqsima 2, Paġna 590

Dettalji tas-Sentenza


Data
14/01/1946
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
GANADO E., CAMILLERI LUIGI A., BORG GORG
Partijiet
PROF. AVV. DR. GIULIO CORTIS NE. vs SPIZJAR GOFFREDO LAFERLA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Jekk att gudizzjarju huwa null u min ghandu interess jidher fil-kawza u jghaddi ghal atti ohra minghajr ma jaghti l-eccezzjoni tan-nullita' tieghu, b'hekk ma jkunx necessarjament irrinunzja ghal dik l-eccezzjoni. Fil-kaz prezenti gie ritenut li dik l-eccezzjoni ma gietx rinunzjata. Il-mandatorju ma ghandux skond il-ligi l-falkolta' li jinnomina mandatarju iehor huwa null, jekk l-ewwel mandatorjuli ma ghandux dik il-fakolta' bill-ligi, lanqas kellu dik il-fakolta' minn ghand il-mandanti tieghu. Fil-kaz prezenti hekk gara; il-mandatorju ma rrizultax li kellu dik il-fakolta' minn ghand il-mandanti tieghu, u ghalhekk l-att gudizzjarju prezentat fl-isem tieghu mill-mandatarju tieghu gie dikjarat null. Kawza li tigi differita "sine die" biex il-parti tirregolarizza l-atti tmur dezerta jekkfi zmien xahar wara tliet xhur minn meta dik il-kawza tidher fil-lista tal-kawzi sospizi, ma taghmelx dak li hemm bzonn biex il-kawza tigi fi stat li tista' titkompla jew biex ma tmurx dezerta. Fil-kaz sar rikors ghar-riappuntament tal-kawza, imma dak ir-riappuntament sar fuq rikors prezentat minnmandatarju ta' mandatarju li ma kellux il-fakolta' li jinnomina mandatorju iehor minfloku; u ghalhekk dak ir-riappuntament kien null, u nulli kienu l-atti kollha sussegwenti ghal dak ir-riappuntament,u l-kawza marret dezerta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni