Referenza: Volum 41F (1957), Parti Nru. 4, Taqsima 1, Paġna 1397

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/05/1957
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
ALEXANDER CHETCUTI vs DANNY SIVE DANIEL CREMONA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"ANIMUS INIURIANDI" - APPELL - ART. 425(1)(B) KAP. 12 - INGURJA - KWERELA
Fil-Qosor
Wiehed mill-kazijiet li fihom jista' jappella l-kwerelant minn sentenza tal-Magistrat hu dak meta l-Qorti tal-Ewwel Grad tkun illiberat lill-kwerelat ghax ma kienx hemm il-kostitutivi tar-reat; u hi gurisprudenza kostanti u pacifika li, biex il-kwerelant jista' jappella fuq dan il-motiv, hemm bzonnli l-Magistrat ikun illibera ghaliex ikun irritjena li fil-fatt "kif dedott" ma hemmx il-kostitutivitar-reat, cjoe' jehtieg li jkun iddecieda li fl-imputazzjoni, semplicement kif dedotta, indipendentement mill-provi, ma hemmx reat. Jista' jkun hemm kaz wiehed fejn, avvolja l-Magistrat ikun iddecieda fuq il-fatt "kif pruvat", cjo' non ostante jkun hemm lok ghall-appell; u dan hu meta l-Magistratikun ghamel enuncjazzjoni erronea jew inkompleta tar-rekwiziti tar-reat; ghax f'kaz simili jkun hemmkwistjoni ta' dritt. Ghaldaqstant, jekk il-Magistrat ikun illibera lill-kwerelat f'imputazzjoni ta' ingurja, u dan ghaliex, in bazi ghall-provi mismugha, cjoe' bhala gudizzju jew apprezzament ta' fatt minnu maghmul, irritjena li ma kienx hemm fil-kwerelat l-"animus iniuriandi, il-kwerelant ma jistax jappella minn dik is-sentenza.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni