Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section 1, Page 1307

Judgement Details


Date
23/02/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs MAURICE GOLDSTEIN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"SYSTEM OF CONDUCT" - ART. 217 U 220 TAL-KODICI KRIMINALI - KOMPLICITA' - KONGUNGIMENT KARNALI - KORRUZZJONI TA' MINORENNI - POST PUBLIKU - PROVA
Summary
Bhala punt ta' ligi, il-Qorti ma tistax issib bhala korraborazzjoni ta' imputazzjoni wahda rigwardanti l-korruzzjoni ta' minorenni wiehed il-provi relativi ghall-imputazzjoni dedotta kontra l-istess imputat riewardanti l-korruzjoni ta' minorenni iehor; ghax il-provi dwar kull wiehed mill-minorenni ghandhom jinzammu distinti. Lanqas jista' l-gudikant iqis dawk il-provi t'a imputazzjoni ohra in bazi ghall-principju hekk imsejjah tas-"system of conduct", ghaliex il-fatti li jistghu jittiehdu ghas-stregwa ta' dan il-principju huma fatti stabbiliti u mhux fatti li huma stess ghad iridu jigu pruvati. Diversament imputazzjoni wahda, jekk insufficjentement pruvata, tkun qeghedha tigi sostnuta b'imputazzjoni ohra anki hija insufficjentement pruvata - kontingenza guridikament inammissibbli. Trattandosi ta' imputazzjoni ta' korruzzjoni ta' minorenni, fejn il-minorenni huwa l-vittma ma hux koncepibbli li l-ligi riedet tikkunsidra bhala komplici lil dak li hija riedet tipprotegi bhala minuri, ughalhekk mhux accettabbli l-obbjezzjoni li kontra l-imputat hemm biss ix-xhieda tal-minuri, u li ghalhekk l-imputazzjoni ma hix sostnuta jekk ma jkunx hemm korraborazzjoni ta' dik ix-xhieda. Imma meta si tratta ta' kongungiment karnali, ma jistax jigi eskluz li l-minorenni jista' jkun komplici. Biss jidher illi r-regola hija li l-Qorti ghandha tara jekk fil-kaz in specje c-cirkustanzi jurux li kien hemm mia parti tal-minuri kompartecipazzjoni xjenti u bl-intendiment komuni mal-persuna adulta li tigi vjolata l-ligi, jew jekk il-minuri kienx biss qieghed jissottometti ruhu bhala strument passiv tal-volji libidinuzi tal-iehor. Jekk minn dawk ic-cirkustanzi l-Qorti ssib li fil-kaz kien hemm "mere submission" tal-minuri, allura din ma tintegrax il-koncett tal-komplicita'; u dak il-minuri kien il-vittma ta' persuna ta' eta' adulta li abbuzat mill-inesperjenza gjovanili tieghu. Il-gurisprudenza maltija accettat id-distinzjoni klassika bejn post publiku mix-xorta tieghu stess, post publikumhabba d-destinazzjoni tieghu, u post publiku b'accidentalita'. Kamra ta' "watchman" bil-bieb miftuh u f'hinijiet dijurni, hija post publiku b'accidentalita'.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info