Reference: Volume 41F (1957), Part No. 4, Section 1, Page 1341

Judgement Details


Date
16/03/1957
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs CARMELO GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - APPROPRJAZZJONI INDEBITA - ART. 308 TAL-KODICI KRIMINALI - IMPJEGAT - SERQ
Summary
Hu principju kardinali, accettat minn zmien mill-gurisprudenza u d-dottrina, tant estera kemm lokali, illi l-konsenja tal-haga timproprja s-serq; ghaliex, sabiex ikun hemm serq, jehtieg li jkun hemm dispossessament, mentri meta jkun hemm il-konsenja tal-haga jkun hemm vjolazzjoni tal-proprjeta', izda mhux ukoll vjolazzjoni tal-pussess. Fis-serq hemm il-vjolazzjoni tant tal-proprjeta' kemm tal-pussess. Imma jista jkun hemm kazijiet eccezzjonali fejn il-konsenja ma timproprjax is-serq, fosthom dak meta l-konsenja tkun generali. Jekk ikun specjali, allura jkun hemm approprjazzjoni indebita. Ghalhekk, fil-kaz ta' bniedem li lilu tigi konsenjata kwantita' ta' petrol biex jikkonsenjaha band'ohra, hemm konsenja b'affidament partikulari; u jekk hu japproprja ruhu minn xi parti minn dak il-petrol sakemm jigi biex jikkonsenjah, l-att tieghu jammonta mhux ghal serq, imma ghal approprjazzjoni indebita. Kieku ma' dak il-bniedem kien hemm xi hadd mibghut minn sid il-petrol biex jissorvelja waqtit-trasport tal-petrol, din ic-cirkustanza kienet telimina t-titolu tal-approprjazzjoni indebita; ghaliex kienet tispicca l-fiducja, u kien jispicca t-tradiment taghha, li hu l-bazi tat-truffa. Jekkil-Magistrat ikun ikkundanna l-imputat ghal seq u dan jappella, u l-Qorti tal-Appell issib li kienkaz ta' approprjazzjoni indebita, mhix accettabbli l-allegazzjoni tal-imputat fis-sens illi, ladarbat-titolu mhux ta' serq, allura l-imputat ghandu jigi assolt ghal kollox ghax it-titolu tar-reat majistax jitbiddel fl-appell; l-ewwelnett, ghaliex ir-reat ta' approprjazzjoni indebita hu kompriz u nvolut fl-imputazzjoni ta' serq; u t-tieni, ghaliex, jekk mill-parti konsiderativa tas-sentenza jidher li l-Magistrat investa din il-kwistjoni in kwantu ddikjara li fl-opinjoni tieghu kien hemm konsenja general, b'mod li kien hemm serq u mhux approprazzjoni indebita, id-doppju ezami tal-kwistjoni majkunx jonqos fil-kaz. Jekk l-oggett ikun gie fdat lill-imputat bhala impjegat, ir-reat huwa aggravat skond il-ligi; u hu persegwibbli "ex officio".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info