Reference: Volume 32C (1946), Part No. 2, Section , Page 234

Judgement Details


Date
25/02/1946
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
GIUSEPPINA INCORVAJA vs EDWARD GINGELL LITTLEJOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ACCESS TA' L-OMM GHAL ULIEDHA - SEPARAZZJONI PERSONALI - TFAL
Summary
L-irkantatur hu mandatarju ta sid l-oggetti li jbiegh ghalhekk sid l-oggetti jista' jirrevoka l-mandat lill-irkantatur meta jrid, u dan ma jistax jirrifjuta li jrodd lura lil sidhom dawk l-oggetti lilu konsenjati ghall-bejgh. Il-kapparra li l-irkantatur jircievi minn ghand xi xerrej ghandha tiftiehem li giet minnu ricevuta fl-interess tal-bejjiegh, u ghalhekk ma ghandu ebda dritt izommha ghalih.Id-drittijiet li jista' jezigi l-irkantatur publiku huma dawk stabbiliti fit-tariffa mahruga bis-sahha tal-Ligi ta l-Irkantaturi, jigifieri 1% minn ghand il-bejjiegh u ½% min ghand ix-xerrej fuq bejgh ta' oggetti u proprjeta' in generali, barra minn ghamara u 1% minn ghand il-bejjiegh u 1% minn ghand ix-xerrej fuq bejgh ta' ghamara u fuq oggetti u proprjeta mdahhla f'katalogu wiehed ma ghamara.Meta l-irkantatur jiftiehem li jiehu fil-post tieghu oggetti biex jimbieghu f'irkant, ebda dritt majisthoqqlu ghal magazzinagg jekk l-oggett jigi mibjugh; izda jekk l-oggett jinxtara ghas-sid l-irkantatur ghandu jedd ghall-hlas ta' mhux aktar minn1/2% fuq l-ahhar offerta; basta li l-oggett jigi mehud lura mis-sid fi zmien sebat ijiem minn dak in-nhar li jkun ingieb ghall-bejgh. Fil-Kaz li jitgieh ghal bejgh hax is-sid ried hekk, l-irkantatur ghandu dritt ghal hlas xieraq skond il-wisa' tal-post li l-oggetti jkunu hadu u z-zmien li jkunu damu fil-post ta' l-irkantatur. Il-Ligi ta' l-Irkantatur ghadha ssehh sal-lum u ma jistax jigi nvokat kontra taghha l-uzu kuntrarju ghaliha jew id-deswetudni; ghax id-destwedudni ma tistax tigi nvokata kontra l-ligi li l-Istat formalment jikkunsidraha bhala li ghadha ssehh avvolja fil-prattika ma josservawhiex.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info