Reference: Volume 32C (1944), Part No. 2, Section , Page 13

Judgement Details


Date
01/02/1944
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
MARIA CUSCHIERI vs DORIS VELLA NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMINISTRAZZJONI - ART. 159, 164 U 169 TA' L-ORDINANZA I TA' L-1873, U ART. 1887 U 1921 TA' L-ORD. VII TA' L-1931 - KONTIJIET - MANDAT - PATRIA POTESTA' - PRESKRIZZJONI - SOSPENSJONI - UZUFRUTT LEGALI
Summary
Il-missier hu tenut jirrendi kont lill-ibnu, meta dan jasal fl-eta' magguri jew meta tispicca l-patria potesta, tal-proprjeta' u tal-frutti ta' dawk il-beni li taghhom huwa ma jkollux l-uzufrutt, u tal-proprjeta' biss u ta' l-amministrazzjoni li huwa jkun zamm ta' dawk il-beni li taghhom huwa kellul-uzufrutt legali. Jekk meta jispicca l-uzufrutt il-missier jibqa' jgawdi l-beni ta' ibnu li jibqa'jghix mieghu mingajr mandat imma minghajr oppozizzjoni da parti ta' ibnu, jew b'mandat imma minghajr il-kondizzjoni espressa li jirrendi kont tal-frutti, huwa jew l-eredi tieghu ma humiex tenuti jikkunsinnaw hlief il-frutti ezistenti fiz-zmien tat-talba, minghajr obligu li jirrendu kont ta' dawk lijkunu sa dak in-nhar gew konsumati. F'dan it-tieni kaz l-amministrazzjoni tal-missier ma tibqax dik ta' qabel imma ssir dik ta' mandatarju jew amministratur; u ghalhekk l-azzjoni ghar-rendiment tal-kontijiet f'dan il-kaz tigi preskritta fi zmien ta' hames snin minn meta tispicca l-gestjoni jew fizmien sena mill-mewt tal-mandatarju jew amministratur. U ma jistax f'dan il-kaz jigi ritenut illidik il-preskrizzjoni hija sospiza in bazi ghad-dispozizzjoni tal-ligi li tghid illi l-bejn il-persuni soggetti ghal tutela jew kura u t-tutur jew kuratur il-preskrizzjoni tibqa' sospiza sakemm ma tkunx spiccat it-tutela jew kura u t-tutur jew kuratur il-preskrizzjoni tibqa' sospiza sakemm ma tkunx spiccat it-tutela jew kura u ma jkunx gie moghti definitivament u approvat il-kont.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info