Referenza: Volum 32C (1944), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 74

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/08/1944
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J.
Partijiet
MARIA STELLA BARBARA ET. vs ADEODATO BRINCAT ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
"CONTRACTU" - ART. 1478 TA' L-ORDINANZA VII TA' L-1468 - DIVIZJONI - PREMESSA "DE INEUNDO" - TRANSAZZJONI
Fil-Qosor
Biex ikun hemm transazzjoni huwa mehtieg "sine qua non" li jiftehim il-partijiet ikunu ghamlu sakrificcju lkoll, billi jkunu taw-weghda, li jaghtu, jew zammew xi haga. Jekk hadd ma jaghti jew jzomm xejn minn tieghu, u hadd ma jiehu minn ta' hadd iehor ma jkunx hemm sakrificcju korrispondenti; u ghalhekk ma jkunx hemm transazzjoni, izda ftehim iehor. Ghalhekk, jekk f'kawza ta'divizjoni l-partijiet jiftehmu, anki biex jiffacilitaw il-qasma, illi l-beni stabili komuni ghandhom jinbieghu u l-prezzrikarat jinqasam bejniethom skond ma jmisshom, dak il-ftehim mhux transazzjoni; u ghalhekk mhux mehtieg ghas-sehh ta' dak il-ftehim l-att publiku, avvolja dak il-ftehim jirrigwarda beni stabili. Skond il-gurisprudenza l-aktar recenti, il-weghda "de incunda contractu" hija suxxettibbili ta' ezekuzzjoni b'mod korrettiv fil-bicca l-kbira tal-kazi; u huma eskluzi minn dik l-ezekuzzjoni specifika dawk il-kazi fejn hemm l-element tal-liberalita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni