Referenza: Volum 37D (1953), Parti Nru. 3, Taqsima , Paġna 936

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/11/1953
Qorti
OF COMMERCE
Ġudikatura
GOUDER TANCRED
Partijiet
CARMELO SPITERI vs GIOVANNI SPITERI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 641 (A) TAL-KODICI TAL-KUMMERC - DANNI - DELITT U KWAZI-DELITT - KOMPETENZA
Fil-Qosor
L-azzjonijiet kontra agenti jew persuni ohra inkarikati mill-kummercjant, u subalterni taghhom, ghall-operazzjonijiet maghmula fil-kors ordinarju tal-kummerc tal-principal taghhom huma, b'ligi espressa, ta' kompetenza tal-Qorti tal-Kummerc. Il-ligi titkellem fuq azzjonijiet in generali, u ghalhekktikkomprendi anki l-azzjonijiet tal-kummercjant kontra l-agenti u inkarikati tieghu, jew subalternitaghhom, minhabba fatti li jirriferixxu ghall-kummerc tieghu; u l-lum jista' liberament jinghad li anki d-delitt u l-kwazi delitt jistghu jkunu oggett ta' kontroversja kummercjali, meta jikkonnettu ruhhom direttament ghal fatti tal-kummerc. Id-dolo u n-negligenza ma ghandhomx proprjament indoli civili jew kummercjali, imma huma vizji li minnhom att jew fatt guridiku jista' jigi akkompanjat, u ghandhom indoli civili jew kummercjali skond l-indoli ta' l-att jew fatt li mieghu jaderixxu. Ghaldaqstant, il-konjizzjoni ta' kull azzjoni tal-principal kontra l-kommess tan-negozju, originanti minn obligazzjoni ta' l-istess kommess, u derivanti minn fatt anki delittwuz jew kwazi, basta per' li jkunkonness mal-kors ordinarju tal-kummerc tal-principal, hija deferita lill-Qorti tal-Kummerc.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni