Reference: Volume 38B (1954), Part No. 1, Section 3, Page 405

Judgement Details


Date
11/12/1954
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
CARMELO ABELA vs EMMANUELE ABELA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"KERREJ" - ARMEL JEW ARMLA - ART. 2 TAL-KAP. 109 - INKWILINAT - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - LOKAZZJONI - SULLOKAZZJONI - UZUFRUTT
Summary
Id-dritt ta' l-inkwilinat akkwistat fil-kors taz-zwieg jirrendi "kerrej" lir-ragel, u l-mara mhix "kerrejja"; u ghalhekk, id-dispozizzjoni tal-Ligi tal-Kera li tghid li l-kelma "kerrej" tfisser ukolll-armla jew l-armel tal-kerrej mhix applikabili fil-kaz li tmut il-mara u xi werriet taghha jippretendi li, ghax kien joqghod fl-istess dar maghha, ghandu dritt jibqa' f'dik id-dar ghax l-inkwilinat tad-dar kien parti mill-koakkwisti u huwa wiehed mill-eredi tal-mara li mietet. Ghax altru wiehed jara min kien il-"kerrej", u altru wiehed jithaddet fuq id-dritt ta' l-inkwilinat li, ghax kien partimill-koakkwisti (salvi konsiderazzjonijiet ohra), jinsab fil-patrimonju tal-mara ghas-sehem taghha fil-koakkwisti, "si et guatenus". Jekk imbaghad ir-ragel superstiti jkun gie istitwit eredi universali uzufruttwarju ta' dik il-mara, huwa ghandu l-jedd li jgawdi d-dritt ta' l-inkwilinat tal-fond: liema dritt hu integru, u mhux ostakolat bin-nuda proprjeta' ta' l-eredi tal-mara, u jista' jestrinseka ruhu jew billi joqghod fil-fond jew billi jikrih. U ghaldaqstant huwa ghandu wkoll id-dritt jitlob l-izgumbrament ta' ibnu li kien joqghod fid-dar meta mietet l-omm, bhala li dak l-iben ikun qieghed jokkupa xi komoditajiet mill-istess fond bla titolu. U dan kollu jghodd ukoll jekk xi tratta minnsemplici dritt ta' subkondizzjoni tal-fond, minghajr ma hija attendibili l-pretensjoni ta' l-iben li jopponi li azzjoni simili tista' tigi ezercitata mis-sid tal-fond.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info