Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 474

Judgement Details


Date
05/04/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
GERARD SPITERI vs CARMELO BORG ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1492 TAL-KODICI CIVILI - KONTRA MIN GHANDU JAGIXXI R-RETRAENT FIL-KAZ LI L-FOND IRKUPRAT IKUN GIE TRASFERIT LIL HADD IEHOR - RETRATT
Summary
L-azzjoni ta' rkupru, biex jittiehed lura immobili, tista' tigi mmexxija mhux biss kontra x-xerrej,izda wkoll kontra kull possessur iehor ta' l-immobili. Dan ifisser illi r-retraent jista', jekk irid, ihalli barra lill-kompratur originali, fil-kaz li dan ikun ittrasferixxa l-fond lil hadd iehor; pero' mhux obligat ihallih barra, kif lanqas ma hu obligat jinkludih. Huwa veru li hadd ma jista' jigi kundannat jirrivendi l-fond irkuprat hlief dak li jkun attwalment jippossjedi dak il-fond, u illighalhekk, meta r-retraent kien jaf li l-fond gie trasferit jew rivendut lil hadd iehor, ir-retraentimissu jmexxi l-azzjoni ta' l-irkupru kontra dak hadd iehor minghajr ma jdahhal il-kumpratur originali; imma dan jibqa' veru sakemm ir-retraent ikun gie infurmat legalment, jigifieri per mezz ta' notifika legali, b'dak it-trasferiment jew rilaxx, qabel ma giet prezentata c-cedola ta' l-irkupru. Fl-istess hin, hu xieraq illi r-retraent isejjah fic-cedola ta' l-irkupru mhux biss lill-possessur attwali tal-fond, imma wkoll lill-kumpratur originali, bhala li jista' jkollu interess fil-parti ta' l-ispejjez legittimi dovuti skond il-ligi, meta r-retraent, fil-waqt li jipprezenta c-cedola ta' l-irkupru, ma jistax jirritjeni li dak il-kumprutur originali huwa assolutament estraneu ghal dak l-att.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info