Referenza: Volum 38B (1954), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 574

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/10/1954
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
VIOLET NICOSIA ET. vs BICE BORG
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CITAZZJONI - GUDIZZJU KOLLETTIV - NULLITA'
Fil-Qosor
Gudizzju kollettiv ma jistax jinghad illi hu dejjem u fi kwalunkwe kaz null; ghax hemm kazijiet metadan il-gudizzju huwa wkoll ammess. Ghall-ammissibilita' ta' dan l-gudizzju hu mehtieg, mhux biss illi l-kwistjoni li tkun trid tigi rizoluta tkun identika ghal kull wiehed mill-atturi, imma wkoll illi l-interess derivanti mit-titolu u l-oggett tal-kawza jkun komuni; jigifieri illi c-citazzjoni kollettiva hi ammissibili kull darba li diversi persuni, li jiffiguraw bhala atturi, jipproponu biex jirrizolvu kwistjoni ta' dritt uniku u identiku, u jkun eskluz "a priori" illi mir-rizoluzzjoni ta' l-istess kwistjoni, f'sens jew f'iehor, tista' tikkonkorri xi cirkustanza ta' fatt specjali ghal wiehed jew l-iehor minn dawk il-persuni atturi. Jekk ma jikkonkorrux dawk ir-rekwiziti, u l-parti konvenuta topponi ruhha ghall-proponibilita' ta' l-azzjoni b'gudizzju kollettiv, il-Qorti ma tistax taghmel hag'ohra hlief tiddikjara dak il-gudizzju improponibili, bhala null. Imma l-eccezzjoni ta' l-improponibilita' ma tistax tigi sollevata mill-Qorti "ex officio", imma biss mill-parti konvenuta.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni