Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 547

Judgement Details


Date
30/06/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
JOSEPH FORMOSA ET. vs MARY GALEA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPARTAMENTI - ART. 460, 530, U 528 TAL-KODICI CIVILI - INNOVAZZJONIJIET - KOMUNJONI - PASSAGG - TARAG
Summary
Fil-kaz ta' tarag u passagg li jservu ghall-appartamenti ta' proprjetarji diversi, kull wiehed minndawn jisserva b'dak il-passagg u b'dak it-tarag "jure dominji", u mhux "jure servitutis". U ghaldaqstant, il-kwistjoni jekk wiehed mill-komproprjetarji ta' l-appartamenti jistax jew le jaghmel innovazzjonijiet f'dak il-passagg u f'dak it-tarag ghandha tigi rizoluta bir-regoli tal-komunjoni tal-beni. Skond dawn ir-regoli, ebda komproprjetarju ma jista' jaghmel tibdil fil-haga komuni minghajr il-kunsens tal-proprjetarji l-ohra, lanqas jekk jidhirlu li dak it-tibdil hu ta' gid ghal kulhadd. Immadin ir-regola ghandha tigi kontemperata u konciljata mar-regola l-ohra li tindika d-drittijiet tal-komproprjetarju li jinqeda bil-haga komuni; b'mod li, jekk wiehed jaghmel dan l-uzu fil-limiti traccjati mill-ligi, ma jistax jinghad li hu jkun ghamel innovazzjonijiet; u dan huwa jista' jaghmlu minghajr il-kunsens tal-komproprjetarji l-ohra. B'innovazzjonijiet wiehed ghandu jifhem dawk l-alterazzjonijiet fil-haga komuni li jtendu biex ibiddlu d-destinazzjoni, l-istat jew il-konsistenza tal-hagadawk il-kostruzzjonijiet li jbiddlu n-natura tal-haga. Fil-kaz prezenti, il-konvenuta kienet tippossjedi wiehed mill-appartamenti li kienu jiffurmaw blokk ta' bini, li kellu l-bieb ghat-tarag li kien komuni ghall-blokk kollu, u f'dak l-appartament hija kienet fethet bieb li jaghti ghal fuq il-passagg u t-tarag komuni u stabbiliet fond kummercjali gdid, fil-waqt li zammet miftuh anki l-bieb originali fuq l-istess passagg u tarag. Il-Qorti zammet u qatghet li b'hekk hija ma ghamletx innovazzjonijiet li biex taghmilhom kellha bzonn il-kunsens tal-proprjetarji ta' l-appartamenti l-ohra ta' dakil-blokk ta' bini.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info