Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 535

Judgement Details


Date
30/06/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPINA LOTTER vs LORENZO LOTTER ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2073, 2070, 1383, 1380, 1105 U 569 TAL-KODICI CIVILI - BWONA FEDE - DOTA - DOTARJU - DRITT TA' RITENZJONI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - KURATUR - MARA - NUTAR - PRIVILEGG - PROVA - RAHAN - SEPARAZZJONI TAL-BENI
Summary
Jekk persuna taghti b'rahan haga li ma tkunx taghha, ir-rahan jiswa, u sid il-haga ma jistax jitlobha lura minghajr ma jhallas id-dejn li ghalih tkun giet mirhuna. Din id-dispozizzjoni mhix applikabili, fost kazijiet ohrajn, meta jinstab li kien hemm mala fede fil-persuna li rceviet il-haga; b'modli dan id-dritt tal-kreditur jibqa' jiswa dejjem, sakemm ma jigix pruvat li l-kreditur kien in malafede. U l-prova tal-mala fede tinkombi lil min jallegaha, Ghaldaqstant, jekk ir-ragel jaghti b'rahan oggetti ta' metall prezzjuz li jirrizultaw li kienu ta' martu, din ma tistax titlob lura dawk l-oggetti bla ma thallas id-dejn, jekk il-kreditur ircieva dawk l-oggetti in bwona fede. U xejn ma jiswa li dawk huma oggetti li juzaw in-nisa, ghax dan ma jeskludix il-possibilita' li dawk l-oggetti setghu kienu tad-debitur. Ghall-oggetti mirhunin ghandu in bwona fede l-kreditur ghandu dritt tar-ritenzjoni u l-privilegg li taghtih il-ligi. Lanqas tista' l-mara, f'kawza li taghmel kontra r-ragel ghas-separazzjoni tal-beni, titlob li dawk l-oggetti hek mirhunin jigu assenjati lilha in assikurazzjoni tad-dota u tad-dotarju, avvolja din l-assikurazzjoni hija mizura konservativa, anki f'kaz ta' dritt kondizzjonali; ghax l-atti konservativi li jista' jezercita l-kreditur kondizzjonali huma dawk li ma jgibux maghhom ebda tibdil fil-konvenzjoni, u l-assenjazzjoni ta' dawk l-oggetti lill-mara tippriva lill-kreditur mid-dritt tar-ritenzjoni u mill-privilegg. U ghalkemm din l-assenjazzjoni ma toperax it-trasferiment tal-proprjeta' ta' dawk l-oggetti favur il-mara, imma tikkonferilha biss l-amministrazzjoni taghhom, biha l-kreditur jigi mpedut milli jezercita d-drittijiet tieghu fuq dawk l-oggetti, almenu sakemm, bix-xoljiment taz-zwieg, jigu definitavament likwidati d-drittijiet tal-mara.Flus li jidhlu fil-komunjoni ta' l-akkwisti ma jistghux iservu ghall-hlas, jew anki garanzija, ta' dejn partikulari ta' wiehed mill-mizzewgin; u ghalhekk, jekk ir-ragel ikun iddepozita flus tal-komunjoni biex ikun jista' jezigi restituzzjoni tar-rahan, il-mara ma tistax tippretendi li tizbanka dawkil-flus in assikurazzjoni tad-dota u d-dotarju taghha, jigifieri biex jigi mhallas jew garantii dejnpartikulari tar-ragel. Jekk il-mara ma tkunx talbet in-nomina ta' nutar biex jippubblika l-att tas-separazzjoni tal-beni u kuratur biex jirrapprezenta l-kontumaci fuq dak l-att, hu mehtieg u xieraqli l-Qorti taghti kull provvediment biex is-sentenza ma tkunx nulla u jkollha dik il-forza ezekutivali hija wiehed mill-elementi sostanzjali taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info