Reference: Volume 38B (1954), Part No. 2, Section , Page 513

Judgement Details


Date
24/06/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
VINCENZO DEBONO vs NUTAR DOTTOR VINCENT GATT NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ALEA - ANNULLABILITA` - ART. 1805 TAL-KODICI CIVILI - ART. 70 U 7(1) TAL-KAP. 70 - AWTORIZZAZZJONI TAL-QORTI - DONAZZJONI - GRATUWITA' - MARA - NULLITA' - ORDINANZA XI TA' L-1947 - SERVIGI - TAXXA TAS-SUCCESSJONI U DONAZZJONI - VITALIZJU
Summary
Id-dispozizzjoni tal-ligi dwar it-taxxa tas-successjoni u donazzjoni, li timponi li t-taxxi taht dikl-Ordinanza jghoddu ghal kull trasferiment ta' proprjeta'. ta' uzufrutt, uzu jew tgawdija, ta' benimobili jew immobili, jew ta' kull jedd iehor reali jew personali, sew jekk jigri minhabba mewt, jewjekk jigi maghmul b'titolu gratuwitu b'att fost il-hajjin, hija dispozizzjoni generika li tikkomprendi kull xorta ta' trasferiment "inter vivos" jew "causa mortis". Ghaldaqstant, jekk isir trasferiment ta' beni immobili taht titolu apparenti ta' hlas bhala korrispettiv ta' servigi jew ta' kostituzzjoni ta' vitalizju oneruz, u jirrizulta li jkun hemm eccess tal-valur tal-beni assenjati fuq il-valur tal-kumpens dovut ghal dawk is-servigi jew tal-vitalizju, dak l-eccess jammonta ghal donazzjoni,u t-trasferiment jaqa' taht id-dispozizzjoni fuq imsemmija. L-element tal-gratuwita', li huwa rikjest ghad-donazzjoni, mhux inkompatibili man-natura guridika tal-vitalizju; u ghalkemm l-alea hija element essenzjali tal-vitalizju, meta l-isproporzjon bejn il-valuri assenjati tkun konsiderevoli, b'mod li teskludi l-alea, dik l-isproporzjon ma ggibx ghan-nullita' tal-kuntratt, imma jkun hemm kuntratt mist bl-element ta' l-onerozita' u tal-liberalita', u jkun ta parti donazzjoni. L-intenzjoni tal-kontraenti li jaghmlu donazzjoni jew kuntratt oneruz tista' tirrizulta mill-fatt innifsu ta' l-eccess fil-valuri assenjati. Jekk imbaghad l-assenjazzjoni tal-valur eccessiv tkun saret minn mara minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti, meta din l-awtorizzazzjoni kienet rikjesta skond il-ligi, dak id-difett ma jirrendix id-donazzjoni nulla b'mod assolut, izda semplicement annullabili; b'mod li tibqa'dejjem suggetta ghat-taxxa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info