Referenza: Volum 41E (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1030

Dettalji tas-Sentenza


Data
06/06/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
PADRE ANGELICO AZZOPARDI, O.F.M, NE. vs ONOR. NUTAR DOTTOR GIORGIO BORG OLIVIER ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DIPARTIMENT TAL-GVERN - ILLEGITTIMITA' TA' PERSUNA - MINISTRU - PRIM MINISTRU - RAPPREZENTANZA GUDIZZJALI
Fil-Qosor
Kull wiehed mill-Ministri tal-Gvern huwa kostitwit bhala organu awtonomu biex jiddirigi d-dipartiment jew dipartimenti li ghalihom ikun prepost, kif ukoll biex jirrapprezenta l-Istat relativament ghall-funzjonijiet proprji ta' dak id-dipartiment jew ta' dawk id-dipartimenti; u ghalhekk kull wiehed mill-Ministri huwa l-kap amministratur tad-dipartimenti li jidhlu fil-ministeru tieghu; u quddiem il-Parlament u l-publiku huwa ghandu r-responsabilita' kollha li tinteressa lill-Gvern fl-esplikament tal-funzjonijiet relativi ghal dawk id-dikasteri. Kwantu ghall-Prim Ministru, ghalkemm huwa l-mezz ta' kommunikazzjoni bejn il-Kabinett u l-Kuruna, u ghalhekk huwa jista' jezercita kontroll generali fuq id-dipartimenti kollha tal-Gvern, b'dan kollu jibqa' dejjem illi kull Ministru fid-direzzjoni tad-dipartimenti tieghu huwa awtonomu u ghandu responsabilita' proprja u personali quddiem it-terzi. Ghaldaqstant, il-Prim Ministru mhuwiex persuna legittima biex jirrapprezenta l-Gvern f'kawza li tinteressa dipartiment li ma hux kompriz fost dawk li huma assenjati taht id-direzzjoni tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni