Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1068

Judgement Details


Date
28/06/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GUZA FORMOSA ET vs ONOR JOSEPH ELLUL MERCER NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"REQUISITION ORDER" - ART. 2, 8 U 4 (4) TAL-HOUSING ACT - ATTI "JURE IMPERII" - BWONA FEDE - NULLITA'
Summary
Mill-istess definizzjonijiet li l-Housing Act jaghti ta' "requisition" u "requisitionee", jidher illi presuppost tar-rekwizizzjoni huwa illi r-rekwizizzjonat ikollu d-disponibilita' tal-fond. Il-ligiwkoll tikkontempla tant il-kaz ta' rekwizizzjoni f'dejn is-sid tal-fond kemm rekwizizzjoni f'idejnil-kerrej; u dan evidentement minhabba d-diversa disponibilita' tal-fond, li tista' tkun issa f'idejn is-sid u issa f'idejn il-kerrej. "Requisition Order" mahrug f'idejn is-sid ma hux guridikament effikaci, jekk is-sid , meta gie notifikat b'dak l-ordni, ma kellux id-disponibilita' tal-fond ghax ikun ga krieh lil haddiehor; u kwantu ghall-kerrej, lanqas jiswa dak l-ordni jekk ma giex notifikat lilu; ghax ir-rekwizizzjoni tohloq rapporti bejn l-awtorita' rekwizizzjonanti u d-detentur tal-fond,u mhux koncepibbli illi dawn ir-rapporti guridici jinholqu mighajr ma tkun taf bir-rekwizizzjoni l-aktar persuna nteressata, jigifieri dik li tkun sejra tigi privata mid-disponibilita' tal-fond. Ordnisimili, ghalkemm mahrug mill-awtorita' kompetenti, huwa null ghax mhux kif trid il-ligi. Biex il-Housing Comissioner jista' jinvoka d-dispozizzjoni li taghtih il-jedd jiehu pussess tal-fond forzozament, jehtieg li jkun hemm minn qabel rekwizizzjoni valida; jehtieg ukoll rekwizit iehor, konsistentifid-debita diligenza da parti tal-awtorita' li taccerta ruhha li tara, qabel ma tiehu l-fond, li ebda persuna ma tinsab li ghandha l-jedd dirett li tghammar fil-bini rekwizizzjonat, jew il-prokuraturta' dik il-persuna, jew min jidher ghaliha. U l-Qrati jistghu jippronunzjaw din in-Nullita'; ghaliex, ghalkemm l-emissjoni tar-rekwizizzjoni tikkostitwixxi att mahmul mill-awtorita "jure imerii", u"ut sic" mhux sindakabbli mill-Qrati, dawn pero' ghandhom dejjem il-jedd jaraw jekk dak l-att sarx mill-awtorita' kompetenti u bil-formaliajiet rikjesti mill-ligi. Jekk fil-fond mehud mill-Housing Commissiner dan jalloka persuna ohra u r-rekwizizzjoni tigi dikjarata nulla, dik il-persuna ma ghandhiex dritt tokkupa l-fond , anki jekk tkun dahlet fih in bwona fede; ghaliex hawn mhux applikabbli l-principju stabbilit fil-gurisprudenza f'kaz ta' zewg lokazzjonijiet successivi al-istess fond peressli ma jirrikorrux il-postulati ta' dik il-gurisprudenza, jigifieri l-fond ikun battal, jew bla inkwilin, u disponibbli ghall-kiri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info