Referenza: Volum 41E (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1108

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
GERALDO VELLA vs AVV. DR. JOSEPH FENECH ADAMI ET NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1161 U 1163 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - KLAWSOLA PENALI - KUNTRATT - ZGUMBRAMENT
Fil-Qosor
Il-klawsola penali f'kuntratt hija klawsola li biha wiehed mil-kontraenti, sabiex jassikura l-ezekuzzjoni tal-obligazzjoni minnu assunta, jobliga ruhu ghal xi haga ghall-kaz li hu ma jezegwix l-obbligazzjoni li jkun assuma. Il-penali hekk kuntrattata tirrapprezenta kumpens ghad-danni minhabba non-ezekuzzjoni tal-obligazzjoni, b'mod li l-kreditur ma jistghax jitlob kumulattivament il-haga principali u l-penali. Imma jekk il-penali tkun giet stipulata ghad-dewmien biss fl-ezekuzzjoni tal-obligazzjoni, il-kreditur jista' jezigi tant il-wahda kemm l-ohra. Ghaldaqstant, jekk wiehed jobliga ruhuli jixtri dar, u l-bejjiegh jobliga ruhu li jbieghielu bil-patt li jikkonsenjalu d-dar f'certa databilli ma jibqghax jokkupa dik id-dar, u fil-fatt il-bejgh isir imma l-bejjiegh jibqa' fid-dar u ma jikkonsenjahiex lix-xerrej meta kellu jaghmillu din il-konsenja, il-kreditur, bil-fatt li hu jagixxikontra l-bejjiegh ghall-izgumbrament minn dik id-dar ma hux prekluz milli jezigi wkoll il-penali mifthema ghad-dewmien fl-ezekuzzjoni tal-obligazzjoni tal-konsenja tad-dar.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni