Reference: Volume 41E (1957), Part No. 3, Section , Page 1232

Judgement Details


Date
11/06/1957
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
ANTHONY CAMILLERI NE. vs CAPTAIN ARTHUR ZAMMIT CUTAJAR NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TAL-VAPUR - ART. 364 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - DAZJU - KAPTAN
Summary
F'kaz ta' zbark ta' merkanzija minghajr ma jsir mill-kaptan tal-bastiment ir-rapport li dan hu obligat jaghmel skond il-Ligi tad-Dwana, fiz-zmien u bil-formalitajiet preskritti mill-istess ligi, metajkun hawn f'dawn il-Gzejjer agent tal-vapur li jkun gieb dik il-merkanzija, il-Ligi Doganali tixhetfuq l-agent id-dmirijiet u r-responsabilitajiet li kienu tal-kaptan dwar ir-rapport tal-oggetti li jigu zbarkati, u tirrendi lill-agent passibbli ghall-istess multa stabbilita ghall-kaz tal-kaptan, jekk huwa, jigifieri l-agent, jonqos milli jaghmel l-imsemmi rapport fiz-zmien stabbilit fl-istess ligi, jew jekk jaghmel rapport li ma jinstabx sewwa f'xi parti sostanzjali, jew jekk l-oggetti ma jiguxzbarkati skond ir-regolamenti, jew ma jigux depozitati fil-lok maghzul, jew jekk ma jharisx ir-regolamenti maghmula mill-Gvernatur. Izda d-dispozizzjoni tal-Ligi Doganali li titfa din ir-responsabilita' fuq l-agent tal-vapur ma tixhetx fuq l-istess agent, lanqas in rigward tal-merkanzija hekk zbarkata, ir-responsabilita' tal-kaptan derivanti mill-Kodic Kummerc taht id-dispozizzjoni li ggieghel lill-kaptan iwiegeb ghad-danni u imghaxijiet li jitnisslu mhabba n-nuqqas ta' xi wiehed jew iehor mid-dmirijiet li ghalihom hu obligat mill-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija, jew mil-ligijiet u regolament tad-Dwana, jew minn xi dispozizzjoni ohra tal-ligi. Konsegwentement, jekk tigi zbarkata merkanzija minghajr ma tigi osservata l-formalita' ta' dan ir-rapport, u l-merkanzija tigi nieqsa, b'mod lid-Dwana titlef id-dazju pagabbli fuq il-merkanzija li naqset, l-agent tal-vapur, jekk hu responsabbli ghar-rifuzjoni ta' dan id-dazju, ma jistghax jigi ritenut responsabbli ghal din ir-rifuzjoni ta' dazju, in linea ta' danni, bis-sahha tad-dispozizzjoni rilevanti tal-Ligi Doganali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info