Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1055

Judgement Details


Date
26/06/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
ELISA SIVE ALICE CACHIA ET. vs AVUKAT DR. DUNSTAN G. BELLANTI ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 814(B) TAL-PROCEDURA CIVILI - BOARD TAL-KERA - ISPEZZJONI TAL-MEMBRI TEKNICI - KOMPETENZA - NULLITA' - PROCEDURA - RITRATTAZZJONI - SENTENZA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - ZBALL FL-ISEM TAL-PARTIJIET
Summary
Sentenza li fiha l-indikazzjoni tal-isem ta' wahda mill-partijiet zbaljata fl-identita' ta' dik il-persuna ndikata hazin hija nulla. Hija nulla wkoll sentenza tal-Board tal-Kera, jekk din id-decizjoni tinghata meta l-membri teknici jkunu accedew fuq il-fond ghall-ispezzjoni tieghu minghajr ma jkunuavzaw lil xi wahda mill-partijiet biex tintervjeni, jekk trid, f'dak l-access; ghax dik l-ispezzjoni tkun nulla minhabba li tkun ivvjolat wiehed mill-principji ta' gustizzja naturali. Il-procedura biex tigi dikjarata din in-nullita' mhix dik ta' ritrattazzjoni quddiem il-Board tal-Kera, imma ta' citazzjoni quddiem it-tribunali ordinarji; ghaliex il-kwistjoni jekk ligi jew sentenza, jew kwalunkweskrittura ohra vinkolanti, gietx maghmula skond il-ligi u mahruga mill-organamenti kostitwiti skondil-ligi tal-pajjiz tezorbita mill-gurisdizzjoni ta' tribunali specjali; u ghalhekk, biex jigi diskuss u deciz jekk sentenza tal-Board tal-Kera hijiex nulla jew le huma kompetenti t-tribunali ordinarji. Jekk l-izball kien fl-isem tal-attur rikorrent li talab l-awment tal-kera quddiem il-Board, u l-intimat ma rrilevax dak l-izball, ma jistghax dan, f'kawza li dak ir-rikorrent jaghmel biex tigi dikjarata nulla dik is-sentenza, jippretendi li ma ghandux ibati spejjez ghax l-izball kien hadu r-rikorrent attur; kif lanqas ma jista' javanza din il-prentensjoni dak li jkun issubentra fil-lokazzjonighall-inkwilin li fil-konfront tieghu giet moghtija s-sentenza, jekk huwa jkun oppona t-talba biex jigi fissat il-kera xieraq mill-gdid fuq il-motiv li dak il-kera xieraq kien ga gie fissat b'sentenza, u hek il-kawza biex dik is-sentenza tigi dikjarata nulla jkun, wiehed jista' jghid, ipprovokaha huwa stess.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info