Referenza: Volum 41E (1957), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 1051

Dettalji tas-Sentenza


Data
22/06/1957
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
MARIA ATTARD vs WALTER GEORGE WHICKER NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZZJONI - INTERESS - LIBERAZZJONI "AB OBSERVANTIA" - SEKWESTRU
Fil-Qosor
Huwa ormaj maghruf illi (a) l-interess guridiku ghandu jkun attwali, jigifieri li ghandu jkun jezisti fil-mument li tigi proposta l-azzjoni, u (b) illi l-interess jehtieglu jkun konkret, personali, usussistenti di fronti ghall-konvenut maghzul bhala legittimu kontraddittur tad-domanda, ghaliex ankighall-konvenut l-interess huwa l-mizura tal-eccezzjoni. F'kawza li l-kreditur, li jkun ottjena mandat ta' sekwestru kontra d-debitur tieghu f'idejn Banka; jaghmel biex tigi dikjarata mhix veritjerad-dikjarazzjoni maghmula mill-manager ta' dik il-Banka wara dak is-sekwestru, u biex jigi dikjarat illi dik il-Banka kellha, fiz-zmien tan-notifika lilha, tas-sekwestru, flus aktar minn dawk minnha dikjarati ta' pertinenza tad-debitur sekwestrat, il-kwistjoni tkun indubbjament ta' nteress lill-Banka, izda ma tinteressax lid-debitur, li ghandu ghalhekk, jekk jigi mharrek, jigi liberat mill-osservanza tal-gudizzju. U xejn ma jiswa illi mill-ezitu ta' dik il-kawza jista' jiddependi gudizzju iehor ghall-eventwali rifuzjoni tal-ammont zbankat mid-debitur; ghaliex l-interess, sa dak il-mument, mhuxkonkret u lanqas attwali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni