Reference: Volume 41E (1957), Part No. 2, Section , Page 1129

Judgement Details


Date
04/11/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
CATERINA VELLA vs GIOVANNI VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 572 TAL-KODICI CIVILI - PASSAGG - SPOLL
Summary
Biex tkun tista` tinghata l-azzjoni ta` spoll, jehteig li min jezercitaha jkollu l-pussess, ta` liema xorta jkun, jew id-detenzjoni tal-haga; li jkun gie spoljat bil-vjolenza jew bil-mohbi; u li jkungieb il-quddiem l-azzjoni relattiva fi zmien xahrejn mill-ispoll. Kwantu ghall-element tal-pussess,biex l-allegazzjoni tal-konvenut, fis-sens li l-attur ma ghandux vesti guridiku biex jeercita dik l-azzjoni ghax il-pussess tieghu huwa prekarju u bil-bona grazzja, tista` tirnexxi, hemm bzonn illi l-istess allegazzjoni tirrzulta alemnu "prima facie", minn cirkustanzi jew provi inkombenti lill-konvenut; u jekk dan ma jsirx, dik l-allegazzjoni ssir insostenibbli, peress li l-prekarjeta` u t-tolleranza ma ghandhomx jigu prezunti. Ghall-azzjoni ta` spoll bizzejjed li jkun hemm pussess ta` kull xorta; kwindi tant il-pusess materjali "di fato", kemm il-pussess legittimu minghajr il-materjali detenzjoni tal-haga, kif ukoll il-pussess "di diritto" ta` min ikun akkwista l-haga, u qabel ma tkun saritlu l-konsenja taghha; anki din ix-xorta ta` pussess, skond id-dottrina, bizejjed biex tintitola ghall-azzjoni ta` spoll. Ghaldaqstant, jekk wiehed jigi ostakolat fl-ezercizzju tieghu ta` passagg liminnu kien jghaddi biex jahdem ir-raba` tieghu, avvolja l-godiment tieghu jigi biss dminwit, u l-konvenut ma jippruvax lil-attur kien juza dak il-passagg prekarjament jew ibil-bona grazzja, l-azzjonita` spoll, gahl dak lihuwa l-element tal-pussess, hija sostnuta. Kwantu ghar-rekwizit tal-ispoll, dan jikkonsisti fi kwalukwe att arbitrarju li, "marte propio", isir kontra l-volonta` tal-persuna spolajta. Mhux necessarju li jkun hemm il-privazzjoni totali tal-haga, imma bizzejjed li jkun hemm dimunuzzjoni tal-pussess, tfixkil fid-drittijiet, jew hsara li min isofri l-ispoll; u ghalhekk huwa ndifferenti z-zmien li jkun dam l-ispoll u l-entita` tat-tfixkil jew hsara fl-ispoljat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info