Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 471

Judgement Details


Date
10/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
ANTONIO BARTOLO vs PAWLU VELLA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DANNI - DRITT TA' OBLIGAZZJONI - ILMA - SERVITU` PERSONALI - SIEQJA - TOLLERANZA
Summary
Hu risaput universalment u komunement f'dawn il-Gzejjer illi, anki fil-kaz ta' raba' bi qbiela, soltu jsir bejn id-diversi gabillotti ta' apprezzamenti diversi ftehim li jirregola s-servizz ta' dan ir-raba' ghal dak li jehtieg.Aktar ma jun estiz ir-raba' mqabbel lid-diversi gabillotti, sija jekk ikun tal-Gvern, kemm jekk ikun tal-Mensa, kemm jekk ikun tal-privat, aktar ikunu komplikati dawn is-servigi regolati b'dan il-ftehim, specjalment f'dawk li jissejhu territorji tal-fewdi, jew primogenituri. U kien ikun gwaj kbir kieku il-Qrati kellhom jiddiskonoxxu dan il-ftehim semplicement ghax il-gabillotti li ghamluh ma humiex is-sidien tar-raba', bla ma tigi provvduta teorija legali li tissanzjonah u tipprotegieh; u ghalhekk il-Qrati minn zmien irrikonoxxew il-validita' ta' ftehim simili. Ghall-validita' ta' ftehim simili ma tehtiegx l-iskrittura; ghax il-ftehim ikun jirrigwarda l-"Jus Conductionis". B'mod li ma jistghax wiehed mill-gabillotti jsostni li ma kienx hemm, meta ma humiex sidien tar-raba' li jkun involut, kostituzzjoni ta' generu specjali ta' servitu' tutelabbli, u li, minflok, din tkun semplici att ta' tolleranza; invece hu veru li hu validu ftehim simili, anki verbali bejn gabillotti mhux sidien, li bih joholqu servizz, jew obligazzjoni personali, jew stat ta' fatt, fir-rapporti bejn xulxin dwar raba' u raba' minnhom detenut in konduzzjoni; liema ftehim hu tutelabbli fil-possessorju. U ftehim simili ma jippregudikax lis-sid; ghaliex servizz jew obligazzjoni simili "non inhaeret praedio" u "non ambulat cum dominio". Konsegwentement, jekk bejn gabillotti kondutturi ta' diversi apprezzamenti ta' raba' jsir ftehim dwar kif ghandha titqieghed sieqja biex tirregola d-distribuzzjoni tal-ilma, u wiehed mill-gabillotti, bi vjolazzjoni ta' dak il-ftehim, jaghlaq is-sieqja, huwa responsabbli ghad-danni li dik il-vjolazzjoni ta' ftehim tarreka lil gabillott iehor.Jekk dan il-ftehim huwiex vinkolanti b'mod li xi wiehed, mill-gabillotti jista' jitterminah bi pre-avviz, hija kwistjoni ohra, li l-Qorti tal-Ewwel Istanza f'din il-kawza qatghet fis-sens li l-gabillott ma kienx marbut b'dak il-ftehim ghal dejjem, imma li kien responsabbli ghad-danni ghax ma tax pre-avviz li kien ser jaghlaq is-sieqja, jew ahjar li ma pruvax bizzejjed li huwa ta dan il-pre-avviz;imma l-Qorti tal-Appell dehrilha li ma kienx necessarju li tidhol fil-kwistjoni jekk dan il-ftehim kienx vinkolanti talment li ma setghax jigi rexiss bi pre-avviz adegwat u fi zmien utili, ghaliex mill-provi dan il-pre-avviz adegwat u fi zmien utili ma kienx hemm. L-allegazzjoni tal-gabillott konvenut ghad-danni ghax ghalaq is-sieqja, fis-sens illi l-hsarat lamentati mill-gabillott attur kienu jigru xorta wahda anki kieku s-sieqda kienet miftuha, u kienet tigri bhala "vis major" minhabba temporal li ghamel, ma hix f'lokha fil-gudizzju ghad-deklaratorja tar-responsabilita' ghad-danni jista', minghajr ma hu prekluz bid-deklaratorja tar-responsabilita', jipprova, jekk ikun il-kaz, li dannu bhala effett tal-vjolazzjoni minnu kommessa ma kienx hemm.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info