Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 460

Judgement Details


Date
06/10/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMMA SACCO ET vs ROSARIA PORTELLI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - ART. 733 TAL-PROCEDURA CIVILI - KOMPENSAZZJONI - PERIT - SOPRASSESSJONI - TRANSAZZJONI
Summary
Pretensjoni fis-sens illi kien hemm ftehim ta` kompensazzjoni bejn il-kreditu iehor pretiz mill-konvenut ma hix attendibbli, jekk dak il-ftehim ma jirrizultax; u in vista ta` dan in-nuqqas ta` prova,ma hux il-kaz lil-Qorti tara jekk dak il-ftehim jammontax ghal transazzjoni, u jekk l-sitess ftehimkienx ikun validu, imhabba li bhala trasnazzjoni kellu jsir bil-miktub u kitba dwaru ma kienx hemm.ghaldaqstant, jekk peritt jezigi l-hlas tal-onorarju teighu ghax-xoghol li huwa ghamel lill-kommittent, dan ma jistghax isostni li l-kreditu pretiz kontra teighu gie kompensat ma` kreditu li l-kommittent kellu kontra l-perit ghal danni kagnati lilu mill-istess perit fl-ezekuzzzjoni ta` dak ix-xoghol, jekk il-kompensazzjoni ma tirrizukltax; u ma jistghax jingahd li l-allegat ftehim kien jammontaghal trasnazzjoni, jekk ma saret ebda kitba dwar l-istess ftehim. Hu sewwa lil-Qorti, ghalhekk, tichad l-eccezzjoni tal-kompensazzjoni u tirrizerva lill-konvenut kommittent id-dritt li jiddeduci l-kreditu minnu pretiz f'gudizzju separat, "si et quantenus"; u mhux gustifikat, fl-appell li jahgmel il-konvenut, l-ilment tieghu li l-Ewwel Qorti ma messhiex laqghet it-talba ghallhlas tal-onoraju tal-perit u ghamlet rizerva simili, bazat dan l-ilment fuq l-allegazzjoni illi dawn id-danni, jekk jirrizultaw, setghu liberament jigu likwidati fl-sitess gudizzju, billi huma konsegwenza ta` imperizja u negligenza tal-perit fid-direzzjoni tax-xoghlijiet li taghhom il-perit jitlob li jigi mhallas l-onorajru, ud awn id-danni huma likwidi; ghax l-eccezzjoni quddiem l-Ewwel Qorti ma keinetx din, imm akienet dik li kien hemm il-kompensazzjoni, u ladarba dik l-eccezzjoni ma gietx sostanzjata, u lanqas formalment dedotta, l-aktar li setghet taghmel l-Ewwel Qorti ghall-kommittent konvenut kien apputnu dikir-rizerva. In-nuqqas, mbaghad, din l-eccezzjoni fl-ewwel istanza u ta` provi dwarha, ma jistghaxjigi rimedjat fl-appell; anzi, l-istess dispozizzjoni tal-ligi li tghid illi l-eccezzjonijet perentorji jistghu jinghataw l-ewwel darba anki fl-appell espressament tirrizerva impregudikata d-dispozizzjoni tal-istess ligi dwar il-produzzjoni fl-appell ta` provi lima jkunx saru fl-ewwel istanza, u kazsimili ma jidholx taht ebda wiehed mill-kazijiet li fihom il-ligi tippermetti l-produzzjoni ta` provi godda fl-appell. U lqnas jsita` jinghad li kaz simili jaqa` taht l-ipotesi fejn il-Qorti tal-Appell thoss in-necessita li tisma` provi godda, ghaliex in-necessita` tal-kommittent konvenut, f'kaz simili, li jaghmel il-provi, jekk deherlu, tad-danni li lu pretizi kagunati m illl-perit, kienet tezisit fl-ewwel istanza. Lnqas ma hija accettabbli l-alternattiva li l-Qorti tal-Appell, prezumibbilment billi tissoprassjedi u waqt li s-sentenza appellata ghadha ssehh, tirirnvija l-atti lill-Ewwel Qorti biex tisma` l-provi godda u tiddecidi fuq l-eccezzjoni gdida tal-konvenut dwar l-allegati danni.Din l-aternattiva ma ghandhiex bazi f'edba dispozizzjonijiet tal-ligi




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info