Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 395

Judgement Details


Date
27/06/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
HECTOR PACE NE. vs JOHN PORTELLI ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BOARD TAL-KERA - DESTINAZZJONI TAL-FOND - INTERPRETAZZJONI - LICENZA - LOKAZZJONI - SKRITTURA - TRANSAZZJONI - UFFICCJU
Summary
Jekk inkwilin ikun ilu jokkupa fond bhala fond kummercjali, u s-sid jagixxi kontra tieghu quddiem il-Boar tal-Kera ghar-ripreza tal-pussess ta' dak l-inkwilin jeccepixxi li t-talba hija insostenobblighax il-fond huwa eskluzivament adibit ghal uzu ta' kummerc, u ssir skrittura ta' transazzjoni fis-sens illi parti minn dak il-fond ghandha tibqa' mikrija "ufficcju" ghand dak l-inkwilin, ma ghandhiex necessarjament tingibed il-konsegwenza illi t-transazzjoni saret fis-sens illi dik il-parti ta' fond kellha tigi uzata bhala ufficcju kummercjali biss u xejn izjed. Fil-kaz prezenti, appuntu, il-Qorti tal-Appell ma qabletx mal-Board tla-Kera, u rriteniet illi b'dik it-transazzjoni l-inkwilin gieceda parti mill-fond, li dan kien ghalieh l-oggett tat-transazzjoni, u mhux ukoll illi rrinunzja, ghar-rigward ta' dik il-parti li kien ser jibqghalu, ghal dik il-protezzjoni lilu derivanti mill-uzu li kien ilu zmien jaghmel mill-fond kollu, u li ghaliha sa dak l-istadju hu kien qieghed jikkontendistrenwament. Billi fil-ftehim tal-lokazzjoni tintuza l-kelma "ufficcju", dan ma jfisserx illi l-postinkera biex jigi uzat bhala ufficcju kummercjali biss. Jekk il-provi juru li minn dejjem il-post kien uzat bhala store ta' merkanzija u ghall-bejgh taghha, allura hu ghandu jitqies bhala "hanut" u mhux bhala "ufficcju". Xejn ma jiswa illi l-licenza tal-Pulizija fuq dak il-post giet ottenuta recentement; ghax l-otteniment biss ta' licenza tal-Pulicija ma jgibx minnu nnifsu kambjament fl-uzu tl-post, jekk ma jkunx hemm fatti godda u kollox jibqa' miexi kif kien qabel. Id-destinazzjoni attwali, "sic et simpliciter", ma hix element li ghandu jitqies, ghaliex appuntu d-destinazzjoni attwali tista'tkun abbuz tal-kerrej. Imma meta d-destinazzjkoni tirrivela ruhha bhaa li tirrimonta ghal zmien antik, meta tkun "palam", u meta tkun akkompanjata minn cirkustanzi li juru car dik id-destinazzjoni, allura dik id-destinazzjoni ghandha tghodd; u l-lokatur ma jistghax jghid li l-uzu tal-post kien minghajr kunsens u ad insaputa tieghu, jekk ic-cirkustanzi juru li hu kien jaf liema uzu kien qed isir mill-post; u f'dan il-kaz tipprevali l-prezunzjoni li hu kien jaf b'dak l-uzu u ta l-kunsens tieghu ghall-istess uzu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info