Reference: Volume 42B (1958), Part No. 1, Section , Page 351

Judgement Details


Date
09/06/1958
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
EMMANUELE INGUANEZ ET. vs GIOVANNI TESTA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART.814(B) U (C) U ART. 821(B) U (D) TAL-KAP. 15 - NOTIFIKA - PROVA - RITRATTAZZJONI - TERMINU
Summary
Fost il-kawzi gusti li jillegittimaw talba ghar-ritrazzjoni ta' kawza deciza u li ghaddiet f'gudikat, hemm dawk meta l-konvenut ma jkunx gie notifikat bl-att tac-citazzjoni, u dak meta huwa ma kienx legittimament rapprezentat ifl-gudizzju, u fil-kaz wiehed u l-iehor ma jkunx ha parti fis-smiegh tal-kawza. Imma l-azzjoni ghar-ritrattazzjoni ma tkunx ammissibbli jek ma tkunx giet proposta fi zmien tliet xhur. Dan iz-zmien huwa wiehed mill-elementi kostituttivi tal-azzjoni, b'mod li jekk ma jigix sostanzjat bizzejjed, l-azzjoni taqa'. U hemm in-nuqqas ta' rapprezentanza legittima anki meta l-konvenut kien rapprezentat fil-gudizzju minn kuratur taht is-suppozizzjoni li hu kien ghadu taht l-eta'meta giet proposta l-kawza, mentri fil-fatt huwa kien maggjorenni, allura messu gie mharrek hu personalment, u n-notifika tac-citazzjoni messha saret lilu personalment. Iz-zmien ta' tliet xhur, fil-kaz ta' nuqqas ta' rapprezentanza legittima jibda jghaddi mid-data tas-sentenza li trid tigi ritrattata, mentri fil-kaz ta' nuqqas ta' notifika jibda jghaddi mid-data li fiha l-konvenut gie jaf bis-sentenza. Kwantu ghall-prova ta' din ix-xjenza, il-piz taghha jinkombi, mhux fuq min jipproponi l-azzjoni tar-ritrattazzjoni, imma fuq il-konvenut, b'mod illi huwa dmir ta' dan li jipprova li l-attur ippropona l-azzjoni aktar minn tliet xhur wara li kien jaf bis-sentenza attakkata. Ghax ghalkemm hu veruilli l-piz tal-prova jaqa' fuq l-attur meta t-terminu ghandu jghadd mill-grajja ta' fatt materjali,bhal fil-kaz ta' azzjoni ta' reintegrazzjoni, fil-kaz li z-zmien ghandu jiddekorri minn meta l-attur sar jaf b'fatt, bhal fil-kaz ta' l-ezergizzju tad-dritt ta' preferenza tal-padrun dirett jew tal-utilista, jew il-kaz ta' min jimpunja lokazzjoni bhala kompossessu ghax tkun saret minghajr il-kunsens tieghu, il-gurisprudenza tirrikonoxxi illi c-cahda tal-attur li hu kien jaf qabel iz-zmien preskritt ghandha tigi attiza, sakemm il-konvenut ma jassumix li jipprova, u fil-fatt jipprova, konkludentement il-kuntrarju. Bil-konsegwenza l-ohra illi, f'kaz ta' dubju dwar din il-prova, il-beneficcju tad-dubju ghandu jmur favur l-attur, ghax il-prova da parti tal-konvenut ma tkunx saret konkludentement.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info