Reference: Volume 34A (1950), Part No. 1, Section , Page 85

Judgement Details


Date
13/03/1950
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
MARIANNA VELLA vs CARMELO CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
BOARD TAL-KERA - CITAZZJONI - KAWZALI - LOKAZZJONI - RIPARAZZJONI - TERMINU
Summary
Is-sid li jottjeni sentenza mill-Board tal-Kera li tawtorizzah jiehu pussess ta' fond mikri biex jaghmel fih xi riparazzjonijiet urgenti li ma jistghux isiru waqt li l-kerrej ikun jokkupa l-fond, immabil-kondizzjoni limalli jlesti dawk ir-riparazzjonijiet huwa jerga' jikri l-fond lil dak l-inkwilin, ghandu l-obligu li jaghmel dawk ir-riparazzjonijiet u jerga' jikri l-fond lil dak l-inkwilin. Jekkhuwa ma jezegwix ir-riparazzjonijiet, l-inkwilin ghandu d-dritt jitlob li jigi prefiss lis-sid terminu biex jezegwihom, jekk dak it-terminu ma ikunx gie prefiss fis-sentenza tal-Board. Dan id-dritt ta' l-inkwilin jitnissel minn dik is-sentenza, u mhux mid-dispozizzjonijiet tal-ligi civili li jippreskrivu ghall-kaz ta' meta l-konduttur ghandu jippermetti li jsiru fil-kors tal-lokazzjoni xi tiswijiet li ma jammettux dewmien, u dak ta' meta l-inkwilin jista' jitlob li iholl il-kuntratt ghax it-tiswijiet ikunu ta' xorta tali li jirrendu mhix abitabili dik il-bicca tal-fond li hija mehtiega ghat-tghammir, dejjem waqt li l-lokazzjoni tkun ghadha miexja. Il-kawzali tad-domanda hija dik li hemm espressa fic-citazzjoni, uma tistax tigi mibdula; u l-fatt li l-parti tibbaza t-talba taghha fuq dispozizzjonijiet tal-ligi li ma humiex applikabili ghal kaz ma jbiddelx il-kawzali. Ghalhekk meta l-Qorti tilqa' t-talba kif dedotta imma mhux in bazi ghad-dispozizzjonijiet tal-ligi nvokati mill-parti attrici bhala bazi ta' dik it-talba, ma tkunx qieghda tiddecidi "ultra petita".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info