Reference: Volume 34A (1950), Part No. 1, Section , Page 148

Judgement Details


Date
12/05/1950
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
CHEV ANTONIO CASSAR TORREGIANI, O.B.E., NE. vs NUTAR DR VINCENZO GATT NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ATT VII TA' L-1948 - DONAZZJONI - KAP. 70 TA' L-EDIZZJONI RIVEDUTA, ART. 51 PARA."B" - KOLLAZZJONI - LIGIJIET FISKALI - ORDINANZA XXVIII TA' L-1937 - RETROATTIVITA` - TAXXA TAS-SUCCESSJONIJIET U DONAZZJONIJIET
Summary
Skond l-istat tal-Ligi dwar it-Taxxa fuq is-Successjonijiet u d-Donazzjonijiet, kif kien taht l-emenda li saritilha bl-Ordinanza XXVIII ta' l-1937, meta donazzjoni tkun saret u t-taxxa relativa tkun thallset fil-mument tat-trasmissjoni tal-proprjeta' u fi zmien sena qabel il-mewt tad-donanti, dik id-donazzjoni kienet ezenti mill-kollazzjoni fl-assi ta' dak id-donanti ghall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa pagabili fuq dak l-assi. L-Att VII ta' l-1948 emenda dak l-istat tal-ligi fis-sens illi, biexikun hemm dik l-ezenzjoni, it-taxxa fuq id-donazzjoni trid tkun thallset izjed minn ghaxar snin, umhux sena, qabel il-mewt tad-donanti. Il-ligijiet fiskali huma suggetti ghall-principju tan-non-retroattivita' bhalma huma l-ligijiet komuni, u japplikaw ruhhom u jizvologu l-effikacja taghhom ghall-attijiet u trasferimenti li jsiru waqt li dawk il-ligijiet ikunu attivi. L-attijiet u trasferimenti huma regolati mill-ligi li tahtha jkunu gew kompjuti; imma jekk ikunu mibdija taht il-ligi antika u jestendu ruhhom taht il-ligi gdida, jigu regolati minn din ta' l-ahhar. U meta dawk l-attijiet u trasferimenti jkunu gew kompjuti taht il-ligi antika b'mod li minnhom ikun inholoq dritt kwezit veru u proprju, dak id-dritt ghandu effikacja fih innifsu li jirrezisti ghall-applikazzjoni tal-ligi, anki fiskali, gdida, f'kaz ta' mutament tal-ligi anterjuri. Fil-kaz prezenti, b'applikazzjoni ta' dak li hawn fuq espost, donazzjonijiet li kienu saru meta kienet ghadha ssehh l-emenda ntrodotta bl-Ord. XXVIII ta' l-1937, li fuqhom kienet thallset it-taxxa malli saret it-trasmissjoni u d-donanti baqa' hajghal aktar minn sena wara l-hlas ta' dik it-taxxa, u dan kollu gara qabel ma gie promulgat l-Att VII ta' l-1948, gew dikjarati ezenti mill-kollazzjoni fl-assi ta' dak id-donanti ghall-finijiet tal-kalkolu ta' l-imposta dovuta fuq dak l-assi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info