Reference: Volume 34C (1952), Part No. 2, Section , Page 470

Judgement Details


Date
27/06/1952
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
GIUSEPPE GAUCI vs FRANCESCA GAUCI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ADULTERJU - ALIMENTI - ART. 44 U 76 TAL-PROCEDURA CIVILI - DIGRIET TAS-SEKOND'AWLA - GUDIKAT - NULLITA' TA' PROCEDIMENT - SEPARAZZJONI PERSONALI
Summary
Id-dispozizzjoni tla-ligi li tirrikjedi l-awtorizzazzjoni tal-Qorti ta' Gurisdizzjoni Volontarja biex tista' tigi proposta kawza ta' separazzjoni personali mhix applikabili meta bejn il-mizzewgin ikunhemm diga' separazzjoni personali defenitiva. Ghaldaqstant il-konjugi li jrid jipproponi kawza ta'separazzjoni personali meta bejnu u bejn il-konjugi l-iehor ga' hemm separazzjoni personali definitiva, ma ghandux bzonn jitlob l-awtorizzazzjoni tas-Sekond'Awla tla-Qorti civili; u l-procediment minnu istitwit ma jkunx null minhabba n-nuqqas ta' dik l-awtorizzazzjoni. Is-separazzjoni personali tikonfereixxi d-dritt li jghixu mifrudin liz-zewg konjugi, u mhux lil dak biss li jkun talab is-separazzjoni; b'mod li dan ma jistax jobliga lill-konjugi l-iehor li jerga' jmur jghix mieghu. Imma sentenzata' separazzjoni personali tifforma gudikat fuq dawk il-fatti biss li jkunu ddeterminawha; u ghalhekk ebda ostakolu ma jista' jkun hemm ghal domanda ohra ta' separazzjoni fuq fatti posterjuri; u mahemm xejn kontra l-ligi li tintalab separazzjoi personali mill-gdid ghal kawza diversa bazata fuq fatti sopravventi. Ghalhekk ir-ragel li gie kundannat b'sentenza moghtija f'kawza ta' separazzjoni personali biex jissomministra l-alimenti lil martu, jista' jitlob id-dekadenza ta' martu mid-dritt ghal dawk l-alimenti fuq il-motiv li hija kkommettiet adulterju wara dik is-sentenza; u dan jista' jaghmlu billi jaghmel kawza ohra ta' separazzjoni personali bazata fuq dan il-motiv, fejn jitlob ukoll id-dekadenza tal-mara. Jekk huwa jagixxi b'mod li jitlob biss id-dekadenza ta' martu minn dak id-dritt, minghajr ma jitlob ukoll is-separazzjoni personali minhabba l-adulterju tal-mara, il-kawza hekkmaghmula hija proposta hazin.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info