Referenza: Volum 34C (1952), Parti Nru. 1, Taqsima , Paġna 319

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/02/1952
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., GOUDER TANCRED
Partijiet
EUCARISTICO ZAMMIT vs EURSTRACHIO PETROCOCCHINO,C.B.E. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DANNI - DEPOZITU - KLAWSOLA TA' EZONERU - LOKAZZJONI D'OPERA - PROVI
Fil-Qosor
Huwa difficili l i wiehed jenuncja principju assolut ta' dritt dwar jekk il-klawsoli ta' ezoneru mir-responsabilita' ghad-danni ghandhom ikollhom l-effett li jezoneraw lid-debitur minn dik ir-responsabilita'; kollox jiddependi minn certi direttivi ta' fatt. Wara li jkun sar il-ftehim bejn il-partijiet, li bis-sahha tieghu wiehed ikun assuma xi impenn specifiku, ma hx lecitu ghalih li, wara jkun assuma dak l-impenn, jezonera ruhu b'att unilaterali tieghu billi, wara dak il-ftehim, jibghat jew jikkonsenja lill-parti l-ohra ricevuta jew dokument kontnenti l-klawsola ta' ezoneru stampat fih; u dan anki jekk l-ircevuta jew dokument ikun fihom anke stampata l-klawsola illi l-accettazzjoni ta' dikl-ircevuta jew dokument kellha titqies bhala accettazzjoni tal-kondizzjonijiet miktubin fiha, u l-kreditur li rcieva l-ircevuta jew dokument ma pprotestax kontra dik il-klawsola, u lanqas kien qraha.Il-klawsola ta' l-ezoneru hija operativa favur id-debitur biss meta huwa jkun ghamel dak likellu jaghmel fil-mod li suppost li kellu jaghmlu. Meta depozitu jkun salarjat, imma r-rimunerazzjoni tkun ekwivalenti ghas-servizz li ghandu jigi prestat mid-depozitu, isir simallagmatiku ta' lokazzjoni d'opera, fejn id-depozitarju jassumi li jaghmel certi servigi bi hlas. Liema distinzjoni hij aimportantighr-regolarment tar-responsabilita' tad-depozitarju. Ghax mentri r-responsabilita' ta' semplici depozitarju hija regolata mill-ligi bhala kaz ta' depozitu salrjat, fil-lokazzjoni d'opera l-lokatur ikun qieghed joffri l-kapacita' tieghu u assumi mpenn li jezegwixxi l-opra skond is-sengha, u jekk fl-ezekuzzjoni ta' l-impenn minnu assunt huwa juri imperizja, huwa jaqa' f'kolpa li tirrendih responsabili ghad-danni li jidderivaw min din l-imperizja. Il-gudikant, fil-kamp civili, ghandu jiddecidi fuq il-provi li jkollu quddiemu, meta dawn jinducu fih dik ic-certezza morali li kull tribunal ghandujfittex, u mhux fuq semplici possiblitajiet. U dan ghad-differenza ta' dak li japplika fil-kamp kriminali, fejn il-htija trid tirrizulta minghajr ma thalli ebda dubju ragjonevoli. Fil-kaz prezent, gewapplikati l-principji hawn fuq imfissra gahr-responsabilita' ghad-danni pretiza kontra ditta li kienet irceviet kwantita' ta' banana biex izzommha fil-kongelatorju taghha u tirritarda l-maturazzjonital-banana, li mbaghad thassret; u anki ghall-prova ta' l-imsemmija responsabilita'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni